|
|
|
|
|
|
|

Niftħu qalbna għal Alla
Għalhekk din is-Sena Mqaddsa straordinarja: biex ngħixu fil-ħajja ta' kuljum il-ħniena li sa minn dejjem il-Missier xerred fuqna.
F'dan il-Ġublew
ejjew inħallu lil
Alla jissorprendina.
Hu ma jegħja qatt jiftaħ beraħ il-bieb ta' qalbu biex itennilna li jħobbna u jrid jaqsam ħajtu magħna. (MV, 25)
 |
Go to Archive |
|
Salvu Cefai -- Benefattur tal-Irħam

|
Kien is-sittax ta’ Diċembru, tas-sena elf disa’ mija u ħdax, meta Mikieli u Karmena tal-Fiesa, tweldilhom it-tieni wild tagħhom – Salvu Cefai. B’kollox, Salvu kellu tliet ħutu oħra subien. Il-kbir kien iġib l-isem ta’ Martinu u ħutu ż-żgħar kienu Frenċ u Pawlu. L-għejxien tagħhom kien jiġi ta’ kuljum permezz tas-sengħa ta’ ħajjat li kellu missierhom.
Read more... |
Mons. Luigi Vella Arċipriet Emeritus

|
Mons. Luigi Vella twieled
fil-parroċċa tal-Qalb
ta’ Ġesu`, fil-Fontana.
Ta’ ħames snin beda
l-Iskola Primarja tal-Gvern fir-Rabat.
Fis-sena 1937 iz-ziju Dun Franġisk
Mercieca, wara 20 sena servizz
fil-parroċċa mal-ewwel kappillan
Dun Ġużepp Hili, sar kappillan
tal-parroċċa tal-Għasri. Luigi mar
miegħu f’din il-parroċċa u kompla
l-iskola f’dan ir-raħal.
Read more... |
It-Translazzjoni
tal-fdalijiet tas-saċerdot
Dun Karm Cachia
miċ-ċimiterju għall-Knisja
Parrokkjali taż-Zebbuġ

|
Sa minn qabel il-mewt
tas-Saċerdot Dun
Karm Cachia, in-nies
kienet diġa` żżommu
bi bniedem li għex
il-virtujiet erojċi
tal-qdusija fl-aqwa
tagħhom. Din l-idea
tan-nies kompliet
tissaħħaħ wara mewtu,
meta ħafna bdew
jitolbu ‘l Alla
bl-interċessjoni
tiegħu u jaqilgħu
l-grazzji li jeħtieġu.
Infatti mhux ftit
kienu dawk li kienu
jirrikorru lejn
iċ-Ċimiterju Parrokkjali
taż-Żebbuġ biex
jitolbu fuq il-qabar
tiegħu, imissu xi
oġġetti ta’ devozzjoni
miegħu u jixegħlu
xi xemgħa jew iħallu
xi fjuri fuqu.
Read more... |
IL -KAN. KANT. DUN
KARM CINI
(19.05.1938 – 1.08.2014)

|
Il-Kan. Kantur Dun
Karm Cini, iben
Gużepp u Reġina
nee’ Cefai, twieled
nhar id-19 ta’ Mejju
1938, f’42, Triq
il-Madonna taċ-Ċiċri,
iż-Żebbuġ Għawdex
u ġie mgħammed l-għada
minn Dun Ġużepp
Masini, li kien
qed iservi bħala
Vigarju Ekonomu,
fil-Parroċċa taż-Żebbuġ.
Il-parrini tiegħu
kienu zijuh minn
naħa t’ommu, Franġisk
Cefai u zitu minn
naħħa t’ommu wkoll
Maria Antonia Cefai,
it-tnejn miż-Żebbuġ.
Irċieva s-Sagrament
tal-Konfirmazzjoni
fid-19 ta’ Awwissu
1945, mill-Isqof
Ġużeppi Pace fil-Knisja
Parrokkjali taż-Żebbuġ.
Read more... |