ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Parish Entities and Organisations
SOĊJETA` FILARMONIKA SANTA MARIJA
www.bandasantamarija.com

GĦAQDA TAN-NAR - ŻEBBUĠ
Grupp iffurmat minn diversi dilettanti tan-Nar, inkarigat mill-ġbir ta’ fondi u kordinament tal-Logħob tan-Nar tal-Festa.

GĦAQDA ARMAR ‘SANTA MARIJA’
Grupp iffurmat minn diversi żgħażagħ u rġiel li jorganizzaw attivitajiet u jieħdu ħsieb l-armar tal-Festa ta’ barra u ż-żamma tiegħu f’kundizzjoni tajba.

GĦAQDA QNIEPEN ASSUNZJONISTI
Imwaqqfa fis-sena 2004. Iffurmata minn grupp ta’ żgħażagħ li jieħdu ħsieb id-daqq tal-Qniepen fis-Sollennitajiet u l-Festi, kif ukoll iż-żamma tagħhom f’kundizzjoni tajba.
Inkarigat : Nicholas Cassar

ŻEBBUĠ ROVERS F.C.
Soċjeta’ Sportiva li tieħu sehem fil-Kompetizzjonijiet tal-Football organizzata mill-Gozo Football Assosiation.

DUTTRINA/MUSEUM
Minn Year 1 sal-Year 4 : It-Tnejn u l-Ġimgħa fil-5.00p.m. Issir fil-Museum minn Katekisti : Beverly Pace, Dorianne Cefai, Silvana Saliba, Brianne Vella, Salvina Cardona, Marlene Portelli, Vivienne Camilleri u Fr. Joseph Borg Mssp

Minn YeAr 5 il-fuq fl-istess ġranet u jieħdu ħsieb is-Soċji tal-Museum. Superjur: Mario Xerri SDC

GRUPP TAL-ABBATINI
Miftuh għal tfal subien minn Year 4 il-fuq (wara li jkun għamlu l-Ewwel Tqarbina). Il-laqgħat għal dawk li jkunu jixtiequ jingħaqdu mal-Grupp tal-Abbatini jibdew fix-xahar ta’ Ġunju kif avżati fil-Bulettin. L-Abbatini jkunu obbligati jagħtu s-servizz liturġiku skond kif imqassam lilhom u jattendu għall-laqgħat ta’ formazzjoni u attivitajiet oħra kif avżati.

* Il-laqgħat isiru kull nhar ta’ Sibt fil-5.00p.m. (barra x-xhur ta’ Awwissu u Settembru) fiċ-Ċentru Parrokkjali u jkunu mmexxija mis-Sem Daniel Sultana..

GRUPP TAL-VOKAZZJONIJIET
Miftuħ għal studenti subien minn Form 1-il fuq li jkunu Abbatini jew iħossu s-sejħa mill-Mulej biex jimxu warajh mill-qrib fis-Saċerdozju jew ħajja ikkonsagrata.

 * Il-laqgħat isiru kull nhar ta’ Sibt fil-5.00p.m. (barra x-xhur ta’ Awwissu u Settembru) fis-Sagrestija tal-Knisja u jitmexxew mill-Arċipriet D. Reuben Micallef

LEĠJUN TA’ MARIJA
Il-Leġjun ta’ Marija twaqqaf fil-Parroċċa tagħna fl-1959

Presidium : Xebba tax-Xebbiet
magħmul minn Mixed Intermediates. Jiltaqgħa kull nhar ta’ Ħamis fil-5.00p.m. Direttur Spirtwali: Arċ. Reuben Micallef
Madonna ta’ Quito
magħmul minn Tfal Subien. Jiltaqgħa kull nhar ta’ Sibt fil-4.15p.m. Direttur Spiritwali: Fr. Geoffrey G. Attard
Marija Mtellgħa fis-Sema
magħmul minn Irġiel. Jiltaqgħa kull nhar ta’ Tlieta fil-5.00p.m. Direttur Spiritwali : Kan Kant Dun Karm Cini.
Għarusa tal-Ispirtu s-Santu
Magħmul minn Nisa. Jiltaqgħa kull nhar ta’ Tlieta fl-4.00p.m. Direttur Spiritwali : Kan Kant. Dun Karm Cini

Il-laqgħat kollha ta’ dawn il-Presidia jsiru fil-Kamra tal-Leġjun taħt il-Knisja Parrokkjali.

GRUPP ADOLOXXENTI
Grupp kompost minn Studenti tal-Form 2 u Form 3 li jiltaqgħa kull nhar ta’ Ħamis fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-7.00p.m. għal-laqgħat ta’ formazzjoni u attivitajiet varji. Saċerdot inkarigat: Fr Geoffrey Attard.

GRUPP ŻGĦAŻAGĦ
Grupp kompost minn Studenti Żgħażagħ minn Form 4-il fuq li jiltaqgħa fil-Weekend (il-Ġimgħa jew is-Sibt skond kif avżati) fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-7.00p.m. għall-laqgħat ta’ formazzjoni u attivitajiet varji. Saċerdot inkarigat : Arċ. D. Reuben Micallef.

CHORUS REGINA ANGELORUM
Magħmul minn tfal u tfajliet li janimaw il-Kant fil-Quddiesa tal-11.00a.m. u f’okkażjonijiet oħra. F’xi festi u sollennitajiet jingħaqdu mal-Kor tal-kbar. Organista : Franco Cefai Diriġenti : Maria Cefai u Jacqueline Vella
* Il-kunċerti jsiru meta avżati fil-Bulettin jew mid-diriġenti.

KOR SANTA MARIJA
Imwaqqaf fis-sena 1968.
Magħmul minn nisa li janimaw il-Kant fil-Liturġija tas-Solennitajiet u l-Festi li jiġu ċċelebrati fil-Parroċċa matul is-Sena.
Organisti : Mro Ġużeppi Mallia u Franco Cefai
Diriġenti: Maria Cefai u Jacqueline Vella
* Il-kunċerti jsiru meta avżati fil-Bulettin jew mid-diriġenti.

GRUPPI TAL-KITARRI
Diversi gruppi oħra janimaw il-kant f’Quddies ieħor.

Grupp A: Carmen, Godwin u Matthew Cini :
l-Ħadd tal-4.00p.m.

Grupp B : Odette u Elise Theuma.
Is-Sibt: Quddiesa ta’ filgħaxija
Il-Ħadd: Quddiesa tat-8.00am

Grupp C : Redeemera u Maryse Farrugia u Corine Cassar :
It-Tnejn: Quddiesa ta’ filgħaxija
Il-Ħadd tal-10.00a.m.

LETTURI/ANIMATURI
Iffurmat minn diversi persuni li skond skeda imħejjija apposta jieħdu ħsieb skond meta jmisshom il-Qari tal-Lezzjonijiet u l-Animazzjoni tal-Quddies tal-Ħadd. Jistgħu jsiru letturi dawk li għamlu l-Griżma ta’ l-Isqof.

ADORATURI
Persuni miktuba f’din l-Għaqda jieħdu ħsieb li fl-Adorazzjoni, b’mod speċjali tal-Ewwel Ġimgħa tax-xahar jitqassmu f’ħinijiet diversi matul il-ġurnata għall-Adorazzjoni fil-Knisja. Jieħdu ħsieb il-membri tal-Leġjun ta’ Marija.

AZZJONI KATTOLIKA
Magħmul minn membri Nisa. Laqgħa ta’ kull ġimgħa li ssir kull nhar ta’ Tnejn fil-5.00p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali.

LECTIO DIVINA
Ċelebrazzjoni tal-Kelma t’Alla, li fiha terġa tixxandar il-liturġiaj tal-Kelma tal-Ħadd li jkun għadu kemm għadda, issir l-ispjega tiegħu u wara jkun hemm mumenti ta’ kondiviżjoni u ta’ talb. Miftuħa għal Familji kollha. Issir kull nhar ta’ Tlieta fis-7.00p.m. u tinżamm fis-Sala tal-Museum. Presbiteri : Arċ. Reuben Micallef u Fr Joseph Borg Mssp.

GĦAQDA QLUB ĠENERUŻI
L-imsieħba ta’ din l-Għaqda, kull tlett xhur joffru donazzjoni għall-karita fil-Parroċċa u fid-Djoċesi. Dawn l-għotjiet jitqassmu skond id-diskrezzjoni tal-Arċipriet. Darba fis-sena f’Jum il-Ġenerożita fil-jiem tal-Festa tingħata somma minn dawn l-għotjiet lid-Direttur tal-Uffiċċju tal-Karitas fi ħdan il-Kurja tal-Isqof.

FRATELLANZA TAS-SAGRAMENT
Imwaqqfa fid-9 t’Awwissu 1689 b’digriet ta’ l-Isqof Davide Cocco Palmieri fi żmien il-Kappillan Dun Franġisk Vella.
* L-imsieħba jieħdu sehem fil-Purċissjonijiet prinċipali matul is-sena. Darba fis-sena issir Quddiesa għal-bżonnijiet tagħhom u għall-Erwieħ ta’ l-imsieħba li għaddew għal-ħajja ta’ dejjem.

FRATELLANZA TAR-RUŻARJU
Imwaqqfa fis-sena 1716, ukoll fi żmien il-Kappillan Dun Franġisk Vella.
* L-imsieħba jieħdu sehem fil-Purċissjonijiet prinċipali matul is-sena. Darba fis-sena issir Quddiesa għal-bżonnijiet tagħhom u għall-Erwieħ ta’ l-imsieħba li għaddew għal-ħajja ta’ dejjem.

GRUPP NISA HELPERS
Iffurmat minn diversi nisa li jieħdu ħsieb it-tindif tal-Knisja. Ix-xogħol isir kull nhar ta’ Erbgħa bejn is-7.30a.m. u d-9.00a.m.

UFFIĊĊJU PARROKKJALI
2, Triq il-Knisja
Tel: 21 55 48 82
Jiftaħ kulljum barra it-Tlieta u s-Sibt, bejn id-9.00a.m. u l-11.00a.m. u bejn l-4.000p.m. u l-5.30p.m (fix-Xitwa) u bejn l-4.30p.m. u s-6.30p.m. (fis-Sajf). L-Uffiċċju ma jiftaħx fl-ewwel Erbgħa ta’ kull xahar filgħodu (Laqgħa tal-Kappillani) u meta jkun hemm it-Tqarbin tal-Morda (filgħodu) jew meta jkun hemm xi Ġbir bieb bieb mill-Parroċċa, kif avżat.

SOĊJETA’ MISSJUNARJA TA’ SAN PAWL
Is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl topera minn Dar Stella Maris u toffri servizz pastorali lin-nies ta’ l-inħawi. Barra minn dan, Dar Stella Maris hija miftuħa għall-Irtiri spiritwali.

Quddies : 5.00p.m. (Xitwa), 6.00p.m. (Sajf), u is-Sibt: 8.30p.m.
Adorazzjoni : nhar ta’ Tnejn (wara l-Quddiesa)
Superjur : Fr.Mark Demanuele Mssp, Fr Joseph Borg Mssp.

SAĊERDOTI TAL-PARROĊĊA
Arċ. Kan. D. Reuben Micallef, D. Geoffrey G. Attard (Vigarju Koperatur), D. Ġużepp Saliba (Katidral), Kan. D. Karm Cini, D. Ġużepp Vella, D. Joseph Cefai (Wales), D. Ġużepp Camilleri (U.S.A.), Fr Louis Mallia Mssp (Malta), Kan. D. Emmanuel Saliba, Fr Victor Zammit Mssp (Peru’), Fr Giovanni Cefai Mssp (Peru’), D. Frankie Mallia (Italja), Fr Frankie Cini Mssp (Malta), Sem Joseph Attard

NUMRI TA’ TELEFON
Knisja Parrokkjali :  2155 9043
Uffiċċju/Dar Parrokkjali:  21554882
Dar Stella Maris: 21551159
Ċentru Parrokkjali: 21559568
Kunsill Lokali Żebbuġ: 21563056
Għassa Pulizija Żebbuġ: 21556429
Skola Primarja Żebbuġ: 21551522
Uffiċċju Banda S.Marija: 21550488
Qasam Museum Żebbuġ: 21561406
Klabb Żebbuġ Rovers: 21559986


ADORAZZJONI TAL-ĦAMIS FILGĦAXIJA
Kull nhar ta’ Ħamis fis-6.30p.m. (fix-Xitwa) u fis-7.30p.m. (fis-Sajf) tinżamm Nofs Siegħa Adorazzjoni għall-Qdusija tal-Kleru u għall-Vokazzjonijiet.

L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR
Kull l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar tinżamm Quddiesa fil-11.00a.m. u wara tibda l-Arorazzjoni sal-ħin tal-Quddiesa ta’ filgħaxija. Mis-2.00p.m. sat-3.00p.m. tinżamm is-Siegħa tal-Ħniena Divina. (Inkarigati : Maria Cini u Tereża Dimech). Diversi Adoraturi jieħdu ħsieb li jkunu preżenti f’ħinijiet varji tal-ġurnata.

LAQGĦA TAL-PATRIZJI
Laqgħa ta’ darba fix-xahar, organizzata mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija, għan-Nisa kollha. Tinżamm fl-aħħar Tlieta tax-xahar fid-9.30p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali.

TQARBIN TAL-MORDA U L-ANZJANI
It-Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani jsir mis-Saċerdoti tal-Parroċċa fl-Ewwel Ġimgħa tax-xahar u l-Ħadd filgħodu. L-Arċipriet imbgħad iżur lil morda u l-Anzjani kollha li ma joħorġux mid-dar, biex iqararhom u jqarbinhom f’nofs ix-xahar.

KORS TA’ TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻWIEĠ
Jinżamm kull sena għall-Koppji Għarajjes li jkunu qed jipprepaarw għaż-Żwieġ.
Jinżamm Ħadd iva u Ħadd le fl-9.45a.m. fis-Sala tad-Dar Parrokkjali

QUDDIES (Fost il-ġimgħa u tal-Ħadd)
Mit-Tnejn sas-Sibt : 5.00a.m., 6.00a.m., 7.00a.m., 9.00a.m. (fis-Sajf biss), fis-6.00p.m. (fix-Xitwa) u fis-7.00p.m. (fis-Sajf)

Nhar ta’ Ħadd
: 5.00a.m., 6.00a.m., 7.00a.m., 8.00a.m., 10.00a.m. 11.00a.m., u 4.30p.m.

QRAR
Nhar ta’ Erbgħa :
mill-5.30p.m. sas-6.30p.m. (fix-Xitwa) Kan. D. Mikiel Mintoff
mis-6.30p.m. sas-7.30p.m. (fis-Sajf)

Nhar ta’ Ġimgħa:
mill-5.30p.m. sas-6.30p.m. (fix-Xitwa) Mgr. Ġużeppi Grech
mis-6.30p.m. sas-7.30p.m. (fis-Sajf)

Nhar ta’ Sibt:
mis-6.00p.m. sas-6.45p.m. (fix-Xitwa) Fr. Geoffrey G. Attard
mis-7.00p.m. sat-7.45p.m. (fis-Sajf)

Nhar ta’ Ħadd:
mis-7.00a.m sad-8.45a.m. Arċ. D. Reuben Micallef/  Fr Geoffrey G. Attard/ Dun Anton Attard
mill-11.00a.m. sal-11.45a.m.

Barra minn dan l-orarju, kull min jixtieq jista jfittex xi Saċerdot fis-Sagrestija qabel il-ħin tal-Quddiesa.

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Cini