ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Maratona Oħloq Tbissima 2022
15 sa’ 17 ta’ Lulju

 
  Ta’ kull sena s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, li tħaddan magħha saċerdoti mir-raħal tagħna, torganizza maratona b’risq il-missjonijiet tagħha ġewwa l-Perù, l-Pakistan, l-Filippini kif ukoll Dar San Ġużepp ġewwa Malta.

F’għeluq l-għoxrin sena minn din il-Maratona Oħloq Tbissima, il-fundatur tal-istess maratona u provinċjal reġjonali Fr. Louis Mallia Mssp stieden lill-Kor Regina Angelorum flimkien mat-tfal tagħna Żebbuġ Kids biex jinterpretaw u jkantaw il-kanzunetta uffiċċjali tal-maratona “Oħloq Tbissima”, li ixxandret fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni kollha u s-social media mill-Ġimgħa 15 sal-Ħadd 17 ta’ Lulju.

Huwa ta' unur għar-raħal tagħna għal-opportunità televiżiva oħra għat-tfal tagħna, kif ukoll li nissapportjaw din il-maratona għal-kawża ġusta.




Kitba ta': Kan. Dun Gwann Sultana
Ritratti ta': Mro. Franco Cefai
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa