ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Ġimgћa Mqaddsa 2022
  10 t’April – Jum Ħadd il-Palm
Sar il-qari tal-Passju fil-quddies kollu matul il-jum.


13 t’April
Fis-7:30p.m. ġewwa l-Knisja Parrokkjali, il-Korijiet Santa Marija u Regina Angelorum bil-għajnuna tad-Direttorat għal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal-Għawdex organizzaw Via Sagra animata bil-kant, b’differenza.
Dan mhux is-salib tiegħi.... riflessjonijiet fuq il-Passjoni ta’ Ġesù minn Fr. Krystof Buttiġieġ b’rabta ma’ temi kurrenti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Il-Korijiet animaw b’kant oriġinali li għinna nirriflettu u nimmeditaw l-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu f’din il-Ġimgħa qaddisa.

14 t’April – Ħamis ix-Xirka
Jum it-twaqqif tas-Saċerdozju Ministerjali u l-Ewkaristija Mqaddsa
Fis-6.30pm Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Għid. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan. Dun Ġwann Muscat bil-ħasil tar-riġlejn li fiha ћadu sehem l-adoloxxenti tal-parroċċa.








Fi tmiem il-Quddiesa, Ġesù Ewkaristija ttieħed f’purċissjoni solenni lejn l-Altar tar-Ripożizzjoni. Waqt din il-konċelebrazzjoni saret il-ġabra annwali għas-saċerdoti fis-seminarju ta’ Gћawdex.




Fis-7.30pm saru is-Seba’ Visti għall-poplu u fit- 8.30pm saru is-Seba' Visti fil-knejjes għall-istudenti u adoloxxenti mill-animaturi Fr Krystof u s-seminarista Wallace.




Il-knisja baqat miftuħa sa tard billejl għall-qima ta’ Ġesù Ewkaristija fl-Artal tar-Repożizzjoni.

15 t’April – Il-Ġimgћa l-Kbira
Minħabba l-kundizzjoni ta' riħ qawwi, il-purċissjoni bl-istatwi madwar it-toroq tagћna kellha titћassar. Miflok il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira fassal programm ta’ attivitajiet interni.
Fit-3.00pm fil-Knisja parrokkjali kien hemm Azzjoni Liturġika, Rakkont tal-Passjoni, Adorazzjoni tas-Salib, Tqarbin.
Fl-4.30pm Fi tmiem il-Liturġija, fil-knisja saret meditazzjoni dwar kull rappreżentazzjoni tal-vari imħejjija minn Fr. Krystof Buttigieg.
Dawn l-attivitajiet ġew akkumpanjati mill-Banda Santa Marija bid-daqq ta' Marċi Funebri u animati mil-Korijiet Santa Marija u Regina Angelorum.



17 t’April – l-Gћid il-Kbir
Festa Rxoxt f’jum Ħadd il-Gћid, fl-4.00pm quddiesa gћall-familja u wara marċ bil-vara ta' Kristu Rxoxt.


Kitba ta': Redentine Formosa
Ritratti ta': Kan. Dun Gwann Sultana, Matthew Vella, Carmel Saliba
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa