ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Arkivista Ġdid Għall-Kurja Ta’ Għawdex
 
  Fl-1 ta’ Novembru 2019, l-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, ħatar lil Dun Joseph Attard, mill-Parroċċa ta’ Santa Marija Inkurunata, iż-Żebbuġ, bħala:

• Arkivista tal-Kurja tal-Isqof, il-Belt Victoria;
• Librar tal-Librerija Teoloġika tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù;
• Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana.



Dun Joseph, twieled fl-1989 u ġie ordnat saċerdot fl-2016, għadu kemm kiseb il-Liċenzja fil-Beni Kulturali tal-Knisja mill-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma, fejn studja l-Istorja tal-Knisja. Bejn l-2016 u l-2019 hu wettaq ukoll ħidma pastorali bħala saċerdot kollaboratur fil-Parroċċi ta’ San Albertu l-Kbir u ta’ San Girgor il-Kbir, Ruma.


Minn qalbna, Awguri Dun Joseph!
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa