ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Il-Knisja Parrokjali taz-Zebbug
Kitba ta' Simon Grech
  IL-PAVIMENT TAL-IRHAM TAL-KNISJA PARROKJALI
Fis-sena 1960 sar il-paviment tal-irham tal-knisja kollha, opra mill-aktar necessarja. Dan sar fuq disinn originali u nhadem mid-Ditta "Carrara" tal-Italja. Il-Kappillan ta' dak iz-zmien, Dun Mercieca, habrek hafna biex gabar is-somma kbira mehtiega ghal progett bhal dan. Il-Poplu Zebbugi, bhal dejjem, ghamel sagrificcji kbar kemm billi kien generuz fil-flus, kemm fix-xoghol li kien jehtieg fl-art that l-irham. Billi l-knisja kienet kollha oqbra, meta tkisser is-siment, inkixfu l-oqbra. Ghalhekk kellu jsir hafna xoghol ta' "concrete" u qatran taht l-irham kollu madwar il-knisja biex tinqata l-umdita. Dan ix-xoghol preparattiv sewa hafna ghax illum wara hafna snin ghadna nawdu l-irham fl-istat originali tieghu. Censu Saliba kien l-imghallem tax-xoghol ghall-preparazzjoni ta' qabel it-tqeghid tal-irham. Hafna rgiel u zghazagh u anke nisa Zebbugin hadmu kemm setghu biex din l-opra titlesta. Dan il-paviment gie inawgurat nhar il-Hadd 17 t'April 1960 u ghal din l-okkazjoni tpoggiet lapida tal-irham quddiem il-bieb principali tal-Knisja.


L-ISKULTURA TAL-KOPPLA U S-SAQAF TAL-KNISJA
L-ewwel bicca xoghol kbira li dahal ghaliha l-Arcipriet Dun Alwig Vella kienet l--iskultura tal-koppla u s-saqaf, bejn l-1965 u l-1967. L-iskultur kien Karmnu Cini miz-Zebbug li fis-snin ta' qabel kien ghamel xoghol fil-Bazilika ta' Pinu kif ukoll fl-istess Knisja taz-Zebbug. Emmanuel li kien jigi t-tifel ta' Karmnu ukoll kien hadem ma' missieru fuq dan il-progett. Kien hemm kliem ta' tifhir ghal dan ix-xoghol li sar u kien deskritt qisu bizzilla, ghalkemm kien sar f'anqas minn sentejn. L-armar kien kollu sar b'xejn u kien moghti mill-imghallem Vitor Vella Dimech miz-Zebbug filwaqt li l-poplu taz-Zebbug bhal dejjem kien generuz biex it-Tempju tal-Assunta jkompli jiehu id-dekor li jixraqlu.




L-AMBONE
Fil-Festa ta' Santa Marija tal-1985 gie mzanzan Ambone mill-isbah tal-irham Onice mahdum mill-artist is-Sur Ronald Pisani. Din hija opra ohra imprezzabli li Salvu Cefai u l-familja tieghu ghogobhom jirregalaw lil Knisja tar-rahal tant ghaziz ghalihom, peress li l-irham Onice gie maqtugh snin qabel mill-ghalqa taghhom fejn kien jinsab, filwaqt li l-flus tax-xoghol ta' skultura ingabru bhal dejjem bil-generozita tal-poplu Zebbugi. Il-faccata tal-Ambone fiha skolpiti l-erba' simboli tal-Evangelisti. Dak ta' San Luqa huwa rapprezentat bil-barri, San Mattew rapprezentat bl-anglu, San Mark bl-iljun u San Gwann bl-ajkla. Fir-ritratt jidher kif inhu mzejjen bhalissa ghal waqt zmien ir-Randan


L-ARTAL MEJDA
Kienet is-sena 1980, is-sena tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari ta' Santa Marija, meta tqajjem il-hsieb li jsir l-Artal Mejda. Ghal Salvu Cefai din kienet opportunita biex tinqala blata ohra kbira tal-irham Onice mill-ghalqa tieghu, u hekk sar wara hafna xoghol biex dan seta jsir realta'. Din il-blata ittiehdet Malta biex issir Artal Mejda mill-artist is-Sur Ronald Pisani. F'Mejju tal-1981 dan l-Artal Mejda gie mqieghed f'postu. Kulhadd kien staghgeb bis-sbuhija tal-irham Onice, u kif id-disinn tal-artist Pisani ittrasforma din il-blata f'gojjel tal-arti, xoghol originali fl-iskultura u mill-aktar sabih. Din l-opra minghajr dubju hija wahda mill-isbah u unika fil-Gzejjer Maltin kemm mill-aspett artistiku-liturgiku kif ukoll mill-fatt li l-Artal Mejda huwa maghmul minn rizors naturali li instab gewwa r-rahal innifsu taz-Zebbug.


IL-FONTI TAL-MAGHMUDIJA
L-Arcipriet Lwigi Vella flimkien max-xewqa ta' Salvu Cefai, baqghu ifittxu ghal aktar irham Onice. Kienet ukoll l-intenzjoni biex jibqghu isiru aktar Opri unici fil-Knisja Arcipretali taz-Zebbug b'dan l-irham prestiggjuz. Fis-sena 1982 sar il-Fonti tal-Maghmudija, fuq disinn u skultura tas-Sur Ronald Pisani. Bla dubju dan il-Fonti huwa wiehed uniku u originali fl-istil, kif ukoll bhal Opri ohrajn li nsibu fil-Knisja huwa maghmul minn rizors naturali li wiehed isib fiz-Zebbug stess.


IL-VIA SAGRA FIL-KNISJA ARCIPRETALI TAZ-ZEBBUG
Il-Pittur Michele Busuttil, skont kuntratt li jinsab fl-Arkivji tal-Knisja datat 9 ta' Ottubru 1805, pitter il-Via Sagra li ghadna ngawdu sal-lum. Dan kien ftit snin wara li l-Francizi hallew il-Gzejjer Maltin, u il-bidu ta' zmien l-Inglizi. Il-Via Sagra kienet swiet madwar 225 skud u l-kuntratt gie komplut mill-Kappillan Carlu de Giovanni Inglott meta f'Novembru 1810 hallas il-kumplament tal-kont. Tajjeb li wiehed jghid u japprezza li din il-Via Sagra hija wahda mill-eqdem li hawn f'Malta u Ghawdex.



Dan l-artiklu deher fuq il-pagna ta' Facebook il-Gimgha Mqaddsa fiz-Zebbug Ghawdex
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Cini