ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
IL-PROGETT TAR-RESTAWR TAL-ISTATWA TA’ SAN FORTUNATU MARTRI MEQJUMA FIL-PARROCCA ARCIPRETALI TAZ-ZEBBUG
  Il-fdalijiet qaddisa ta’ San Fortunatu Martri kienu gew irregalati lill-Knisja Parrokkjali taz-Zebbug, fil-bidu tas-seklu 19 (qabel l-1860) mill-familja Mizzi (Nies il-Priministru minn Malta peress li f’dan ir-rahal kellhom dar tal-villegjatura u rabtiet ta’ hbiberija man-nies tal-lokal. Dawn il-fdalijiet kienu migjuba mill-katakombi ta’ Santa Anjeze f’Ruma, kif tixhed parcmina awtentika li hija kkonservata fl-arkivju parrokkjali taz-Zebbug.

Ghal aktar minn sittin sena dan il-ghadam tal-qaddis San Fortunatu, kien mizmum f’kaxxa ‘ssigillata ghand il-kappillan, sa meta fl-1920 fiz-Zebbug gie il-Kappillan Dun Mikelang Cauchi u dan haseb biex il-fdalijet tal-qaddis jigborhom fi statwa ghall-venerazzjoni tal-poplu. Gie mqabbad l-istatwarju Wistin Camilleri li sawwar korp ta’ suldat zghazugh ruman u fih inkorpora ir-relikwiji qaddisa (uhud minnhom issigillati f’tubi jew kontenituri tal-hgieg biex jidhru minn barra). Meta tlestiet l-istatwa giet organizzata festa sabiha. Fis-16 ta’ Lulju 1922, l-istatwa gdida ta’ San Fortunatu Martri kienet esposta fil-Knisja, llum Bazilika, ta’ San Gorg fir-Rabat. San Fortunatu, merfugh minn erba’ sacerdoti gie mehud processjonalment lejn Pjazza Savian ghal Triq l-Imghallem, akkumpanjat mill-Kleru u l-Fratellanzi tal-Parrocca taz-Zebbug, is-Seminaristi, l-Kleru u l-Fratellanzi tal-Parrocca ta’ San Gorg. Meta l-istatwa twasslet fil-periferiji tar-rahal, il-Kappillan tal-Fontana, il-W.R. Dun Guzepp Hili ghamel diskors imheggeg dwar San Fortunatu u l-qima li tixraqlu. Il-processjoni wasslet l-istatwa tal-qaddis sal-Knisja li kienet imzejna ghall-okkazjoni bil-palm u l-fjuri. Il-faccata kienet armata bit-tazzi taz-zejt. Kif waslu l-Knisja, tkantat l-Antifona bil-muzika u l-Kappillan Cauchi ghamel laqgha ta’ merhba lill-protettur il-gdid San Fortunatu.

Fl-1942, peress li kienet saret nicca gdida ghal San Fortunatu Martri fuq l-artal ta’ San Frangisku Saveru, kien mehtieg li jsiru xi modifiki strutturali fuq l-imsemmija statwa biex tkun tista toqghod fin-nicca msemmija.

Minn dak inhar (i.e. l-1942) l’hawn, ma sar l-ebda intervent iehor fuq l-istatwa. Izda maz-zmien beda jinhass il-bzonn li l-istatwa ta’ San Fortunatu isirilha restawr estensiv.

Il-korporatura generali kienet fi htiega ta’ konsolidament baziku peress li l-partijiet fejn l-istatwa hija maghquda mal-pedestall taghha kienu kwazi maqtugha ghal-kollox. Apparti minn hekk anke l-istess idejn u riglejn kienu zlugati u jehtiegu rbit gdid mal-kumplament tal-korporatura. Iz-zebgha tal-karnaggjon u l-porporina li biha kienet mizbugha l-korazza, elmu u l-kumplament tfew hafna mill-kuluri originali taghhom u fl-ahhar u mhux l-inqas l-istess hwejjeg kienu jidhru qodma u mahmuga kawxa ta’ l-effett ta’ l-abra u trab iehor li jehel mal-korporatura bl-effett ta’ l-arja umida ta’ pajjizna. Dan apparti partijiet zghar imma sinifikanti, li jidhru l’hawn u l’hemm, huma nieqsa jew mibruxa…ecc. Kollox ma kollox, apparti l-hsara strutturali, d-dehra ta’ l-istatwa kienet tixhed certa telqa li ma tixraqx lil statwa li fiha huma mizmuma relikiji qaddisa.

Ghaldaqstant wara li giet ezaminata l-kundizzjoni ta’ l-istatwa u gew mismugha diversi persuni li wrew ix-xewqa taghhom li din l-istatwa ghaziza ghall-parrocca taghna tigi restawrata, tkellimna mas-Sur Mario Camilleri Cauchi, iben l-istatwarju Wistin Camilleri li mmanifattura din l-istatwa, li huwa wkoll statwarju, restawratur u induratur, flimkien ma’ ibnu Ruben, biex jispezzjonaw fuq il-post il-hsara ga msemmija u biex jidhlu ghar-restawr taghha. Fil-fatt l-ispezzjoni saret f’Novembru tas-sena 2007 – meta l-istatwa ta’ San Fortunatu kienet barra minn nicca fl-okkazjoni tal-festa. Is-Sinjuri Camilleri Cauchi fis-26 ta’ April 2008, tawna bil-miktub l-analizi taghhom rigward il-proposta taghna - fosthom il-kunsiderazzjonijiet dwar il-hsara li tezisti fuq l-istatwa, ir-rakkomandazzjonijiet u l-proposti dwar ir-restawr, iz-zmien li fih tista tigi esegwita l-bicca xoghol u l-istima finanzjarja tal-hidma kompluta.

Sadanittant wara li gew ikkonsultati l-membri tal-Kunsill Presbiterali tal-Parrocca, giet imhabbra lill-parruccani, x-xewqa li jinbeda dan il-progett li kien ilu jberren f’mohh il-parruccani ghal diversi snin u minnufih bdew dehlin diversi donazzjonijiet generuzi ghal dan il-ghan. Dawn id-donazzjonijiet gew registrati fil-harga tal-bulettin ta’ kull gimgha.

Ghaldaqstant fid-29 ta’ April 2008 intbghat rikors lill-Isqof Mario Grech sabiex il-porgett ikun jista jitressaq quddiem il-Kummissjoni ta’ l-Arti Sagra tad-Djocesi ghall-approvazzjoni taghha. Infatti l-approvazzjoni waslet permezz ta’ ittra datata fis-17 ta’ Mejju 2008. Fil-bidu ta’ Lulju 2008 l-istatwa tnizzlet fil-garaxx tal-familja Camilleri Cauchi f’Marsalforn fejn kellu jsir ir-restawr biex eventwalement ikun jista jinbeda x-xoghol ta’ restawr. Matul ix-xhur li fih kien ghaddej ix-xoghol, l-Arcipriet flimkien ma’ diversi persuni u delegazzjonijiet kien izomm kuntatt kontinwu mar-restawraturi u anke regolarment kien isegwi r-restawr fuq il-post. (dwar ix-xoghol ta’ restawr ara r-rapport tar-restawraturi)

Propju fil-11 ta’ Novembru 2008 wasal il-jum li fih l-Istatwa restawrata u indurata kella mill-gdid issib postha fil-Knisja Parrokkjali. In-nies kienet anzjuza biex tara dak kollu li sar fuq l-imsemmija statwa. Il-poplu ingabar bi hgaru fil-bidu tar-rahal, propju fejn qed jinbena l-Kazin tas-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija biex flimkien mal-Arcipriet u l-Kleru tal-Parrocca jilqghu l-wasla ta’ S.Fortunatu. Appena l-istatwa inharget mit-truck li fih ingabet kulhadd baqa impressjonat bil-gmiel u bix-xoghol fin li kien sar fuq l-Istatwa. Sar korteo solenni li fih inghad talb adattat. L-istatwa giet merfugha mis-Sacerdoti tal-Parrocca (Dun Anton Dimech, il-Kan. Kant Dun Karm Cini, il-Kan Dun Noel Saliba u l-Vigarju Koperatur Dun Geoffrey Attard) u twasslet fil-Knisja Parrokkjali fejn giet milqugha bid-daqq armonjuz tal-Qniepen. Saret Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Arcipriet il-Kan D. Reuben Micallef u wara kulhadd seta josserva mill-qrib l-Istatwa li tpoggiet ghall-qima tal-pubbliku fuq il-presbiterju.

Sadanittant thejja programm specjali ghal-festa ta’ San Fortunatu tas-sena 2008. Sar Tridu Solenni mmexxi minn Mons Joseph Bezzina u diversi celebrazzjonijiet ohra partikulari, fosthom Velja ta’ Talb lejliet il-Festa. F’Jum il-festa, li giet iccelebrata l-Hadd 16 ta’ Novembru, kellna mag]na lil Mons Isqof Mario Grech li mexxa l-Pontifikal Solenni li fih gew ipprezentati l-kandidati ghall-Grizma ta’ l-Isqof. Wara saret il-Purcissjoni Solenni li tmexxiet minn Mons Salv Tabone bis-sehem tal-Banda Santa Marija.

Dawk kienu fil-qosor id-dettalji storici marbuta mal-progett tar-restawr u induratura tal-Korp Sant ta’ San Fortunatu. Kulhadd kellu kliem ta’ tifhir ghax-xoghol li sar. J’Alla din l-istatwa nibqghu ingawduha ghal hafna snin fl-istat mill-isbah li fih tinsab u j’Alla dan il-progett ikompli jkabbar fina lkoll id-devozzjoni lejn dan il-Qaddis Martri u Protettur tal-Parrocca taghna – San Fortunatu.
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Cini