|
Nhar il-Ħadd 4 ta' Settembru 2022, is-seminarista
Fabio Cini ingħata l-mandat missjunarju waqt
il-Quddiesa tal-11.00am, fil-parroċċa tax-Xewkija
Għawdex. Dan sabiex fi ftit jiem oħra huwa jitlaq
għal esperjenza missjunarja fil-Gwatemala.
Għal dawn l-aħħar sentejn Fabio, li huwa mill-parroċċa
taż-Żebbuġ, kien qiegħed jagħmel esperjenza
pastorali fil-parroċċa tax-Xewkija bħala parti mill-formazzjoni
tiegħu għas-saċerdozju, u issa ser jagħmel is-sena
intermedjarja tiegħu fil-Gwatemala.
F'isem il-poplu
Żebbuġi kollu nawgurawlu u nitolbu għalih.
Kitba ta': Redentine Formosa
Ritratti ta': Xewkija Parish facebook page
|
|