ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Festa Solenni F’ġieħ il-Verġni Marija Assunta Inkurunata, Awwissu 2022
  IS-SIBT 6 TA' AWWISSU
l-ewwel jum tal-kwindiċina: fil-Parroċċa tagħna saret quddiesa ta' fejqan - (healing mass) - immexxija minn Patri Marcello Ghirlando OFM assistit mill-Arċipriet Dun Gwann Sultana.



Il-HADD 7 TA' AWWISSU
it-tieni jum tal-kwindiċina: fil-parroċċa tagħna fil-5.00pm saret quddiesa mill-Arċipriet Kan. Gwann Sultana bis-sehem tat-tfal. F'din il-quddiesa saret ukoll il-prezentazzjoni tat-trabi u t-tfal lil Santa Marija mill-Arċipriet.


Wara saret purċissjoni bl-istatwa ta' Santa Marija tat-tfal madwar it-toroq tar-raħal tagħna.



IT-TNEJN 8 TA' AWWISSU
it-tielet jum tal-kwindiċina: fil-parroċċa tagħna fis-7.00pm saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-korijiet tal-parroċċa u mmexxija minn Dun Frankie Mallia assistit minn Dun Krystof Buttigieg. Ħadu sehem il-membri tal-Leġjun ta’ Marija, M.U.S.E.U.M. u Katekisti.



IT-TLIETA 9 TA' AWWISSU
ir-raba jum tal-kwindiċina: fil-parroċċa tagħna fis-7.00pm saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-korijiet tal-parroċċa u mmexxija minn Fr. Joe Borg M.S.S.P. assistit mill-Arċipriet Dun Gwann Sultana.

Fi tmiem din il-funzjoni ġie amministrat is-Sagrament tad-Dilka tal-Morda lill-anzjani u lill-morda mill-parroċċa tagħna.

L-ERBGĦA 10 TA' AWWISSU
il-ħames jum tal-kwindiċina ddedikat lil kontributuri ta’ Radju Għażżiela, LIVE Streaming, websajts fil-parroċċa, rivista u mezzi oħrajn. Fil-parroċċa tagħna fis-7.00pm saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-korijiet tal-parroċċa u mmexxija minn Fr. Louis Mallia MSSP assistit mill-Arċipriet Dun Gwann Sultana.



Fi tmiem ta' din il-quddiesa, is-Sinjura Salvina Cardona li toqgħod fi Triq Sant' Indrija rregalat lil Parroċċa 'PURIFIKATUR' maħdum minnha mill-bizzilla b'tifkira tal-memorja ta' żewġha Louis.

IL-ĦAMIS 11 TA' AWWISSU
is-sitt jum tal-kwindiċina ddedikat għall missjunarji mill-parroċċa taż-Żebbuġ. Fil-parroċċa tagħna fis-7.00pm saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-korijiet tal-parroċċa u mmexxija minn Fr. Domenic Cachia MSSP, assistit mill-Viċi Parrokku Dun Krystof Buttigieg u l-Arċipriet Dun Gwann Sultana.

IL- ĠIMGĦA 12 TA' AWWISSU
is-seba` jum tal-kwindiċina. Fil-parroċċa tagħna, fis-6.30pm saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-korijiet tal-parroċċa u mmexxija mill-Kan. Emmanuel Saliba, assistit mill-Viċi Parrokku Dun Krystof Buttigieg, bis-sehem tal-Kumitat Ċentrali tal-Festa, l-Għaqda tan-Nar, l-Għaqda tal-Armar, is-Soċjeta Filarmonika Santa Marija, il-Grupp Voluntiera u Tindif fil-Knisja, l-Għaqda Qniepen, iż-Żebbuġ Rovers F.C. u dawk li jqassmu l-bullettini.


Fi tmiem il- konċelebrazzjoni solenni sar il-ħruġ tal-istatwa ta’ Santa Marija min-niċċa tagħHa bis-sehem tal-Banda Santa Marija fost il-kant tal-innijiet u ċapċip bla waqfien minn dawk preżenti.



IS- SIBT 13 TA' AWWISSU
it-tmien jum tal-kwindiċina - jum iddedikat għal vokazzjonijiet. Fil-parroċċa tagħna, fis-7.00pm saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-korijiet tal-parroċċa u mmexxija mill-Kan. John Muscat, assistit mill-Viċi Parrokku Dun Krystof Buttigieg.

IL- ĦADD 14 TA' AWWISSU
id-disa` jum tal-kwindiċina ddedikat liż-Żgħażagħ. Fil-parroċċa tagħna, fl-10.30am saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-korijiet tal-parroċċa u mmexxija minn Dun Krystof Buttigieg.

IT- TNEJN 15 TA' AWWISSU
FESTA NAZZJONALI TAT-TLUGĦ FIS-SEMA TA' MARIJA

l-għaxar jum tal-kwindiċina. Fil-parroċċa tagħna, fl-10.30am saret is-Solennita tal-Assunzjoni tal-Madonna, animata mill-korijiet tal-parroċċa u mmexxija mill-Arċipriet Kan. Ġwann Sultana.

IT- TLIETA 16 TA' AWWISSU
il-ħdax il-jum tal-kwindiċina. Fil-parroċċa tagħna, fis-6.30pm saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-korijiet tal-parroċċa u mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Anton Teuma li fiha ta d-don tal-Ispirtu s-Santu fis-sagrament tal-Konfirmazzjoni lill-adolexxenti mill-parroċċa tagħna.



L- ERBGĦA 17 TA' AWWISSU
l-Ewwel Jum tat-Tridu. Fil-parroċċa tagħna, fis-7.00pm saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-Korijiet u l-Orkestra tal-Parroċċa u tmexxiet minn Dun Dominic Sultana, Kappillan tal-Għasri. L-Omeliji tat-Tridu qed isiru mill-Kan. Emmanuel Saliba. Sar ukoll diskors minn Fr. Joseph Attard fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju minn meta l-Parroċċa taż-Żebbuġ saret Matriċi bit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Għasri.

Fi tmiem il-programm mużikali mill-Banda Santa Marija, li sar wara fi pjazza l-Assunta, saret l-inawgurazzjoni tal-Inkwatru Titulari tal-knisja tagħna wara ix-xogħol ta` restawr li sar fuqu mid-ditta RECOOP.



IL-ĦAMIS 18 TA' AWWISSU
It-Tieni Jum tat-Tridu. Fil-parroċċa tagħna, fis-7.00pm saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-Korijiet u l-Orkestra tal-Parroċċa u mmexxija mill-Arċisqof Emeritus l-E.T. Mons. George Frendo OP. L-omelija saret mill-Kan. Emmanuel Saliba.



IL-ĠIMGĦA 19 TA' AWWISSU
It-Tielet Jum tat-Tridu. Fil-parroċċa tagħna, fis-7.00pm saret konċelebrazzjoni solenni animata mill-Korijiet u l-Orkestra tal-Parroċċa u mmexxija mill-Kan. Reuben Micallef. Għal din is-Solennita kienu mistiedna l-koppji li żżewġu matul din is-sena u oħrajn li qegħdin ifakkru l-għaxar, il-ħamsa u għoxrin u l-ħamsin anniversarju taż-żwieġ. L-omelija saret mill-Kan. Emmanuel Saliba.







IS-SIBT 20 TA' AWWISSU
Lejliet il-Festa. Fil-parroċċa tagħna, fis-7.00pm saret konċelebrazzjon solenni animata mill-Korijiet u l-Orkestra tal-Parroċċa u mmexxija mill-Kan. Geoffrey G. Attard. Għal din is-Solennita kienu mistiedna ż-Żebbuġin li joqgħodu f'lokalitajiet oħrajn.





IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU
Jum il-Festa. Fid-9.00am Konċelebrazzjoni Sollenni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons Anton Teuma, Isqof t'Għawdex.





Fis-7.00pm, Ħruġ tal-Purċissjoni mmexxija minn Mons. Franġisk Sultana u akkumpanjata mill-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ.






IT-TNEJN 22 TA' AWWISSU
Jum ta' Radd il-Ħajr. Fis-7.00pm saret konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr. Frankie Cini MSSP u assistit mill-Arċipriet Kan. Ġwann Sultana flimkien ma' Fr. Victor Zammit u Fr. Marċel Portelli MSSP.

Wara sar id-dħul ta' Santa Marija lura fin-Niċċa.




Kitba ta': George Joseph Cefai, b’arranġament ta’ Redentine Formosa
Ritratti ta': George Joseph Cefai, Matthew Vella, Carmel Saliba, John Sultana, u Nicholas Cassar. (Iktar ritratti jistghu jinstabu fuq il-Pagna ta' Facebook: Zebbug Gozo Parish)
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa