ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Stqarrija (2)
  Stqarrija Mill-Parroċċa U L-Kunsill Lokali Ta’ Iż-Żebbuġ, Għawdex Flimkien Mal-Kumitat Ċentrali Tal-Festa Ta’ Santa Marija

Fid-dawl tal-aħħar żviluppi li qed jiġru fl-imxija tal-pandemija Covid-19, il-Parroċċa ta’ Santa Marija u l-Kunsill Lokali ta’ Iż-Żebbuġ, flimkien mal-Kumitat Ċentrali tal-Festa ta’ Santa Marija, li jħaddan fih lill-Għaqdiet kollha li għandhom sehem fil-festa, qed jikkanċellaw kull attività esterna marbuta mal-Festa ta’ Santa Marija u fil-lokalita’ tagħna.

Din id-deċiżjoni qed tittieħed f’konformità mal-istqarrija maħruġa mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex li fiha ħadu d-deċiżjoni li ma jsirux aktar pellegrinaġġi matul is-sena 2020 u d-direttivi maħruġa mill-Awtorijiet tas-Saħħa.

Għal dawn l-aħħar ġimgħat, il-Parroċċa flimkien mal-Kumitat Ċentrali tal-Festa ta’ Santa Marija u l-Kunsill Lokali ta’ Iż-Żebbuġ ħejjew programm ta’ attivitajiet esterni marbuta mal-festa. Minkejja dan, dawk kollha involuti jemmnu li s-saħħa tal-pubbliku għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox.

Nuru l-apprezzament tagħna għall-Parroċċa u l-Lokalita’ għall-għaqda, maturità u responsabiltà li biha li ħdimna flimkien u issa qed naslu għal din id-deċiżjoni.

Din is-sitwazzjoni mhix fil-kontroll tagħna u nemmnu li kulħadd japprezza u jifhem din id-deċiżjoni. Sadanittant inħeġġu lill-parruċċani u residenti biex josservaw l-avviżi maħruġa mill-Awtoritajiet konċernati.

Illum il-Ħadd 2 ta’ Awwissu 2020

Ritratt: Matthew Vella
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa