ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Episodji mill-festa 2020
 
  Is-Sibt, 8 ta' Awwissu,
Tajna bidu għall-Kwindiċina bi tħejjija għall-festa tal-Assunta Inkurunata permezz ta’ Quddiesa ta’ Fejqan immexxija minn Patri Marcello Ghirlando fejn matul din il-quddies tlabna flimkien lill-Ispirtu s-Santu sabiex jagħtina l-fejqan spiritwali u fiżiku li għandna bżonn.

L-Erbgћa 12 ta’ Awwissu,
Jum it-tfal. Matul din iċ-ċelebrazzjoni assisstejna gћall-preżentazzjoni tat-trabi ġodda lil Santa Marija li tista tara hawn.

Kellna preżenti magћna ukoll vara ta' Santa Marija (120cm) li ġiet irregalata mill-arċipriet Dun Ġwann Sultana, lit-tfal tal-parroċċa tagħna tal-lum u tal-futur biex Santa Marija mis-Sema tħarishom dejjem. Xogħol tal-istatwarju Għawdxi Michael Cutajar Zahra.




    

Il-Ħadd 16 ta’ Awwissu,
Jum l-Ewwel Tqarbina gћal disa’ tabernakli ġodda fil-paroċċa tagћna! It-tfal tal-preċett ingћataw rikordju ta’ l-Ewwel Tqarbina tagћhom, tista’ ssegwi hawn.

Il-Ġimgћa 21 ta’ Awwissu,
Jum il-Grizma ta’ l-Isqof. Disa’ adolexxenti mill-parroċċa tagħna li rċevew id-Don tal-Ispirtu s-Santu fis-Sagrament tal-Konfirmazzjoni mill-Amministratur Appostoliku Mons. Mario Grech. Nitolbu għal dawn l-adolexxenti u nirringrazzjaw lil Alla għad-don tal-Fidi.

Is-Sibt 22 ta’ Awwissu,
Jum il-koppji. Is-Sibt tal-festa ddedikat lill-koppji fir-raћal tagћna li gћalqu 10, 25, jew 50 sena miż-żwieġ tagћhom. Minn qalbna nawgurawlhom!
Tista’ ssegwi partijiet żgћar miċ-ċelebrazzjoni hawn u hawn.

Il-Ħadd 23 ta’ Awwissu,
Fid-9.30a.m., Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Emeritus Mario Grech. Ingħata l-Premju Fondazzjoni Arċiprieti Dun Franġisk Mercieca u Mons Luigi Vella. Tista' ssib l-omelija li saret waqt il-Pontifikal hawn.
    

    

    

    

Fis-6.30p.m., Velja ta’ Talb u Talba tas-Salmi mmexxija minn Dun Gerald Buhagiar. Riflessjoni u Barka Sagramentali minn Mons. Anton Teuma, Isqof-Maħtur għad-Djoċesi ta’ Għawdex.
    

    

    


Kitba ta': Redentine Formosa
Ritratti ta': Matthew Vella Refalo, Brianne Vella u Dun Gwann Sultana
Filmati minn Facebook: Brianne Vella u Zebbug Gozo Parish Page
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa