ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Erbgħin Sena Inkurunata
  18-8-1980 - Erbgħin Sena Inkurunata - 18-8-2020

Quddiem l-Inkwatru Titulari ta’ Santa Marija Assunta Inkurunata taż-Żebbuġ Għawdex – b’dedika liż-Żebbuġin kollha

Erbgħin sena inkurunata
sabiex tagħna tibqa’ qrib
qatt ma taħrab minn ħajjitna
biex fik faraġ qalbna ssib.

Erbgħin sena inkurunata
biex qrib tagħna inħossuk
qed tħaddanna miegħek dejjem
waqt li xierqa qima ntuk.

Erbgħin sena inkurunata
Omm reġina tal-bnedmin
li ġejt sabiex tibqa’ magħna
l-ewwel fost il-qaddisin.

Erbgħin sena inkurunata
mhux biss b’ħaġar, ġawhar fin
imma b’dik l-imħabba w ħrara
li tagħmilna Żebbuġin.

Erbgħin sena inkurunata
li għal snin u sekli sħaħ
sejra tibqa’ tindukrana
biex Sultan l’Ibnek tarah!

Erbgħin sena inkurunata
daqt nofs seklu fost is-snin
meta fik nerġgħu niftakru
bla l-imħabba nħallu tnin.

Erbgħin sena inkurunata
ħalli f’dan il-wied tad-dmugħ
lilek nilmħu qed tmexxina
lejn mergħat serħet ir-ruħ!

Dun Geoffrey G. Attard
20-8-2020

 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa