ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Rużarju Fil-Beraћ Matul ix-xahar t'Ottubru
 
  Ottubru ma' Marija...
Il-Ġimgħa 4 ta'Ottubru fis-7.00pm ltqajna' fi Triq il-Mitħna biex flimkien nitolbu u nimmeditaw it-talba tar-Rużarju. Hija xewqa tal-Papa li f'dan ix-xahar Missjjunarju Straordinarji nitolbu għall-missjunarji tagħna. Din il-gimgha offrejna r-rużarju għall-Isqof Giovanni Cefai MSSP u l-missjoni tiegħu fil-Peru'. Ir-Rużarju fil-beraħ kien aux flambaeux akkumapanjati mill-istatwa tal-Madonna ta' Fatima f'post prominenti fil-faċċata tad-dar tal-familja Farrugia fi Triq il-Mithna.

Il-Ħadd 13 t’Ottubru saret reċta miż-Żebbuġ Kids b'tifkira tal-aħħar dehra ta' Fatima waqt il-quddies tal-11.00am. Ara l-filmat tar-reċta hawn.



L-Erbgћa 16 t’Ottubru fil-5.30 pm kulћadd inġabar ħdejn IN-NIĊĊA TAL-MADONNA TAĊ-ĊIĊRI, tfal, katekisti, ġenituri u kulħadd biex nitolbu r-rużarju u wara jkollna quddiesa fil-beraħ. Saret it-Talba tar-Rużarju Missjunarju u Quddiesa ћdejn in-Niċċa tal-Madonna taċ-Ċiċri. Grazzi lil kull min gћen u ћa sehem.



Il-Ġimgħa 18 ta' Ottubru fis-7.00pm iltqajna' gћat-talba tar-Rużarju fi Triq taċ-Ċnus flimkien mal-familji tal-inћawi. Offrejnieh gћall-missjunarju Fr Victor Zammit MSSP mill-parroċċa tagћna li qiegћed fil-missjoni l-Peru.



Il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru fis-7.00pm sar Rużarju fil-playing field ta’ Triq Sagħtrija. Offrejnih għall-missjoni ta’ Sr. Celina Cini fil-Filippini. Dan huwa messaġġ li bagћtitilna Sr Celina dakinhar. "Grazzi li l-lejla ser titolbu ghalina...bhalissa zgur li ghandna bzonn t-talb ghax l-isfidi ma jonqsux, pero f'Dak il jsahhahna nohorgu rebbieha zgur. Nipprova inkun maghkom spiritwalment (jekk jirnrxieli inqum) hawn tkunis siegha ta' billejl. Tislijiet mill qalb. Grazzi Dejjem f'qalbi u talbi." Sr Celina. Ara l-filmat hawn.  

Kitba ta': Redentine Formosa
Ritratti/Filmati: Fr. John Sultana, Matthew Vella Refalo, u Brianne Vella
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa