ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
PROGRAMM TAL-FESTI SOLLENNI
F’ĠIEĦ IL-VERĠNI MARIJA
ASSUNTA INKURUNATA
LI SE JIĠU ĊĊELEBRATI
FIL-PARROĊĊA ARĊIPRETALI,
MATRIĊI U SANTWARJU
TAŻ-ŻEBBUĠ GĦAWDEX
3 - 19 T’AWWISSU 2018

 
  IL-ĠIMGĦA 3 T’AWWISSU.
Illum issir ġurnata adorazzjoni għas-suċċess spiritwali tal-festa. Wara l-Quddiesa tas-7.00p.m. tindaqq Mota Solenni li tħabbar il-ftuħ tal-Festi.

IS-SIBT 4 T’AWWISSU: L-1 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM L-ABBATINI U L-VOKAZZJONIJIET
Fl-10.00a.m. Attivita` flimkien għall-Abbatini kollha u wara Pizza Party. Fis-6.30p.m. Rużarju meditat, animat mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet u l-Abbatini, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċipriet il-Kan. D. Reuben Micallef li fiha ssir il-Vestizzjoni ta’ 3 abbatini ġodda.

IL-HADD 5 T’AWWISSU: IT-2 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IL-FAMILJA
Il-Quddies ikun fil-5.30a.m., fis-7.00a.m., fit-8.00a.m. fl-10.00a.m., u fl-4.30p.m. Fil-11.00a.m. Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr. Frankie Cini Mssp, Superjur Provinċjali tas-Soċjeta` Missjunarja ta’ San Pawl, li għaliha huma mistiedna l-familji kollha, b’mod speċjali l-koppji li din is-sena qegħdin jiċċelebraw l-10, il-25 u l-50 Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom. Wara jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Fis-2.00p.m. Tiġrijiet tal-bhejjem fi Triq iż-Żebbuġ organizzati mid-dilettanti taż-Żebbuġ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ.

IT-TNEJN 6 T’AWWISSU: IT-3 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM L-PERSUNI B’DIŻABILITA`.
Fis-6.30p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan Dun Michael J. Galea, bis-sehem tal-Membri taċ-Ċentru Persuni b’diżabilita`. Wara nkomplu naqsmu l-ferħ tagħna magħhom permezz ta’ Ikla flimkien, ġentilment offruta mill-Bar taċ-Ċentru Parrokkjali.

IT-TLIETA 7 T’AWWISSU: IR-4 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IL-BENEFATTURI ĦAJJIN U MEJTIN.
Fis-6.30p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni minn Dun Samuel Grech, Vigarju Parrokkjali tal-Bażilika tal-Viżitazzjoni tal-Għarb, li fiha jsir talb speċjali għall-Benefatturi kollha.

L-ERBGĦA 8 T’AWWISSU: IL-5 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM L-GĦAQDIET KULTURALI, SOĊJALI U SPORTIVI U L-VOLUNTIERA KOLLHA
Fis-6.30p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00p.m. Konċelebrazzjoni tal-15-il-Erbgħa ta’ Santa Marija mmexxija minn Mons. Lawrenz Sciberras bis-sehem tal-membri tal-Għaqdiet Soċjali tal-Parroċċa: is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija, is-sotto-kumitati tan-Nisa u taż-Żgħażagħ, l-Għaqda tan-Nar, l-Għaqda tal-Armar, l-Għaqda tal-Qniepen, il-Grupp tal-Voluntiera tal-Knisja, iż-Żebbuġ Rovers F.C., il-Grupp tan-Nisa li jieħdu ħsieb it-tindif tal-Knisja, dawk li jqassmu l-Bullettini u l-voluntiera kollha li jgħinu fil-Parroċċa. Fit-8.30p.m. Programm Mużikali ’Assumptafest 2018’ mill-Banda Santa Marija fi ħdan is-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija taż-Żebbuġ, fi Triq il-Knisja.

IL-ĦAMIS 9 T’ AWWISSU: IS-6 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IT-TFAL ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA
Fis-6.30p.m. Rużarju animat mit-Tfal, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr. Geoffrey G. Attard, għat-Tfal kollha tal-Parroċċa li huma mistiedna jġibu magħhom xemgħa biex joffruha lil S. Marija. Il-ferta waqt il-Quddiesa llum tmur b’risq il-‘Fundazzjoni Jason Azzopardi’, biex jiġu mgħejjuna tfal mill-Parroċċa li jkollhom bżonn ta’ kura medika speċjalizzata. Wara l-Quddiesa, fil-Pjazza t-Tfal kollha jingħataw ġelat. Fit-8.00p.m. Marċ mill-Banda ‘Viżitazzjoni’ tal-Għarb minn ħdejn il-Każin tas-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija fi Triq il-Knisja sal-Knisja Parrokkjali, fejn l-istess Banda takkumpanja l-ħruġ tal-Istatwa ta’ Santa Marija min-niċċa fost il-kant tal-innijiet reliġjużi. Wara l-istess Banda tkompli ddoqq Marċi brijużi fit-toroq ewlenin tar-raħal.

IL-ĠIMGĦA 10 T’AWWISSU: IS-7 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IS-SOĊJETA` MISSJUNARJA TA’ SAN PAWL
Fis-6.30p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr. Norbert Bonavia Mssp, Superjur ta’ Dar Stella Maris, bis-sehem tal-membri u l-ħbieb tas-Soċjeta`. Fit-8.30p.m. Ikla Tradizzjonali fil-Pjazza bis-sehem ta’ Freddie Portelli. Ikun hemm ukoll spettaklu minn talent lokali u żfin.

IS-SIBT 11 T’AWWISSU: IT-8 JUM TAL-KWINDIĊINA JUM IS-SAĊERDOZJU KATTOLIKU
Fis-6.30p.m. Rużarju, Kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr immexxija minn Dun Ġużepp Vella, fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Jieħu sehem il-Kor ‘Santa Marija’.

IL-ĦADD 12 T’AWWISSU. ID-9 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Il-Quddies ikun fil-5.30a.m., fis-7.00a.m., fit-8.00a.m., fl-10.00a.m., u fl-4.30p.m. Fil-11.00a.m. Quddiesa mmexxija minn Dun Joseph Attard, bis-sehem attiv taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa. Il-kant tal-Quddiesa jiġi animat mill-Kor Regina Angelorum tal-Parroċċa tagħna. Fit-8.30p.m. Serata ta’ divertiment għaż-Żgħażagħ u l-familji kollha fi Pjazza l-Assunta, organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ tas-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija imtella’ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ.

IT-TNEJN 13 T’AWWISSU: L-10 JUM TAL-KWINDIĊINA. JUM IL-MORDA U L-ANZJANI U JUM L-GĦAQDIET KATTOLIĊI
Fil-5.00p.m. Konċelebrazzjoni minn Dun Ġorġ Vella li fiha jiġi ammininistrat is-sagrament tad-Dilka tal-Morda lill-Anzjani u Morda mill-Parroċċa. Ikun hemm trasport organizzat għal dawk l-anzjani li m’għandhomx min iwassalhom il-Knisja. Wara jkun hemm refreshments fl-annexe tal-Knisja. Fis-6.30p.m. Rużarju, kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan. Dun Noel Saliba, Assistent Ekkleżjastiku Djoċesan tal-Azzjoni Kattolika, li fiha jieħdu sehem attiv il-membri tal-Għaqdiet reliġjużi (Leġjunarji, Membri tal-Azzjoni Kattolika, membri tal-Museum, dawk li jiltaqgħu għall-Lectio Divina u l-Katekisti). Fit-8.00p.m. Il-Korijiet tal-Parroċċa Santa Marija u Regina Angelorum, flimkien mal-Kunsill Lokali Żebbuġ, ser jorganizzaw Serata ta’ kant, mużika u letteratura li matulha ser issir it-tnedija uffiċċjali ta’ ktieb ġdid ‘Minn Newman sa Blair - Anglikani li saru Kattoliċi’, miktub minn Fr. Geoffrey G. Attard . Jieħdu sehem il-Majestic Music Ensemble flimkien ma’ David Lang u Emese Toth, b'reċita fuq il-vjolin.

IT-TLIETA 14 T’AWWISSU: IL-11 JUM TAL-KWINDIĊINA. VĠILI TAL-GĦID TAL-ASSUNTA
Fis-6.30p.m. Rużarju, kurunella u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni tal-Vġili tas-Sollenita’ tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema bis-sehem tal-Kor Santa Marija.

L-ERBGĦA 15 T’AWWISSU: L-1 JUM TAT-TRIDU. L-GĦID TAL-ASSUNTA. SOLLENNITÀ TAT-TLUGĦ FIS-SEMA TA’ MARIJA. JUM IL-ĠENEROŻITA`
Filgħodu l-quddies ikun fil-5.30a.m.,fis-7.00a.m., fit-8.00a.m. u fl-10.00a.m. Illum il-Quddiesa ta’ filgħaxija ma ssirx. Fil-11.00a.m. Konċelebrazzjoni Sollenni tal-Ewwel Jum tat-Tridu, mmexxija mill-Kan Dun Michael J. Galea, Assistent Direttur ta’ Dar ARKA, li jagħmel ukoll l-omelija. Tieħu sehem l-Għaqda Qlub Ġenerużi taż-Żebbuġ. Waqt l-offertorju jingħataw offerti ta’ flus għad-Djar tal-Karita` tad-Djoċesi t’Għawdex, miġbura matul is-sena mill-Għaqda Qlub Ġenerużi tal-Parroċċa. Inħeġġu lil kulħadd biex inħarsu dan il-Jum Solenni u tal-obbligu b’Quddiesa u Tqarbina.

IL-ĦAMIS 16 T’AWWISSU: IT-2 JUM TAT-TRIDU. JUM L-ANIMATURI TAL-LITURĠIJA: LETTURI, ANIMATURI U KANTURI
Fis-6.30p.m. Rużarju u Kurunella. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni Sollenni tat-Tieni Jum tat-Tridu minn Mons. Edward Xuereb, Vigarju Ġudizzjarju u Kappillan tal-Għasri, bl-Omelija mill-Kan Dun Michael Galea. Jieħdu sehem il-membri tal-Kor ta’ Santa Marija, il-Kor Regina Angelorum, il-membri tal-Orkestra tal-Parroċċa, il-gruppi tal-kitarri, kif ukoll l-animaturi tal-liturġija, il-letturi u l-ostjarji. Wara Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fit-8.30p.m. Barbeque kbir, maġenb il-knisja, organizzat miż-Żebbuġ Rovers Football Club, animat minn diversi kantati ta’ fama nazzjonali.

IL-ĠIMGĦA 17 T’AWWISSU: IT-3 JUM TAT-TRIDU. JUM L-EMIGRANTI U ŻEBBUĠIN LI JGĦIXU BARRA MILL-PARROĊĊA
Fis-6.30p.m. Rużarju u Kurunella. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni Sollenni tat-Tielet Jum tat-Tridu mmexxija minn Mons. Salv Debrincat, Kanċillier tal-Kurja. L-Omelija ssir mill-Kan. Dun Michael Galea. Mistiedna speċjali l-Emigranti u ż-Żebbuġin li jgħixu barra mill-Parroċċa. Wara Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fi tmiem il-funzjoni jkun hemm bibita. Fid-9.30p.m. Dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra (Kav Agostino Camilleri. 1962), akkumpanjata mill-Banda ‘Santa Marija’ taż-Żebbuġ u mill-Banda ‘Victory’ tax-Xagħra li tibda minn Triq Sellum u tgħaddi minn dawn it-toroq: Dun Karm Cachia, Mons. Ġużeppi De Piro, Sant Andrija, Ġoma u Knisja għal Pjazza l-Assunta. Xħin l-istatwa tasal ħdejn il-Każin tal-Banda ser issir l-inawgurazzjoni finali tal-proġett tad-dekorazzjoni tal-faċċata tal-Każin u spettaklu ta’ 3D mapping mal-istess faċċata. Fil-11.45p.m. Waqt il-kant ta’ l-Innu Popolari lill-Assunta, l-istatwa ta’ Santa Marija tittella’ fuq il-pedestall fi Pjazza l-Assunta.

IS-SIBT 18 T’AWWISSU: LEJLIET IL-FESTA. IT-38 ANNIVERSARJU TAL-INKURUNAZZJONI TAL-KWADRU TITULARI.
Fis-7.30a.m. Quddiesa Sollenni bil-Kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament fl-għeluq tal-Kwindiċina. Fis-6.30p.m. Translazzjoni bir-Relikwija tal-Madonna mill-Kappella tal-Każin tal-Banda Santa Marija għall-Knisja Parrokkjali u wara Konċelebrazzjoni Sollenni mmexxija mill-W.R. Mons Tarċisju Camilleri, Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi. Wara tingħad il-Kurunella ta’ Santa Marija u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fid-9.15p.m. ‘Sky Concert’ - Spettaklu ta’ logħob tan-Nar tal-Ajru sinkronizzat mal-mużika. Fl-10.15p.m. il-Banda Santa Margerita ta’ Sannat ittella’ programm mużikali fuq il-planċier fi Pjazza l-Assunta. Fl-10.15p.m. Marċ mill-Banda ‘San Girgor’ ta’ Kerċem li jibda minn Pjazza l-Assunta u jdur id-dawra tal-purċissjoni.

IL-ĦADD 19 T’AWWISSU: JUM IL-FESTA TAL-ASSUNTA INKURUNATA. JUM IL-KOMUNITA` PARROKKJALI
 Filgħodu l-quddies ikun fil-5.30a.m., fis-7.00a.m., fit-8.00a.m. u fil-11.00a.m. Fid-9.00a.m. Konċelebrazzjoni Pontifikali Sollenni mmexxija mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech, flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u mas-Saċerdoti tal-Parroċċa, li fiha Patri Marcello Ghirlando OFM, Missjunarju tal-Ħniena, jagħmel l-Omelija. Fi tmiem il-Pontifikal, jingħata l-Premju tal-Fundazzjoni ‘Arċipriet Dun Franġisk Mercieca u Mons Luigi Vella’. Fil-11.30a.m. Marċ brijuż mill-Banda Santa Marija mat-toroq ewlenin tar-raħal. Fis-6.30p.m. Quddiesa mmexxija minn Fr. Louis Mallia Mssp, Direttur taċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja fi ħdan is-Soċ. Missjunarja ta’ San Pawl. Fis-7.30p.m. Ħruġ tal-Purċissjoni mmexxija mill-Arċipriet il-Kan. Dun Reuben Micallef. Il-Banda ‘Santa Marija’ taż-Żebbuġ, issellem lil Santa Marija bl-innu ‘L-Isbaħ Ġawhra ta’ Raħalna’ fuq versi ta’ Fr Geoffrey G. Attard u mużika ta’ Mro Franco Cefai u mbagħad bl-Innu ‘Alla Beata Vergine Maria Assunta in Cielo’, fuq versi ta’ Giuseppe Serafino Cutajar u mużika ta’ Mro. Willie Attard, bis-sehem tal-Baritonu Godwin Cini, it-Tenur Matthew Cini, is-Sopran Jacqueline Vella u l-Kor ‘Santa Marija’, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Dr Joseph Grech. Wara l-Banda ‘Santa Marija’ taż-Żebbuġ iddoqq l-Innu Popolari lill-Assunta u takkumpanja l-Purċissjoni b’Marċi u innijiet Reliġjużi. Waqt il-Purċissjoni tiġi reċitata t-talba tar-Rużarju. Fit-8.00p.m. Programm mużikali fi Pjazza l-Assunta mill-Banda Ċittadina ‘Leone’ tal-Belt Victoria. Wara dħul tal-Purċissjoni waqt il-kant tal-Innu Popolari lil-Verġni Assunta. Tingħata l-Barka Sagramentali u jsir il-bews tar-Relikwija.

L-ERBGĦA 22 T’AWWISSU: FESTA TA’ MARIJA REĠINA. JUM TA’ RADD-IL ĦAJR.
Filgħodu l-quddies ikun fil-5.30a.m. u fis-7.00a.m. Fis-6.30p.m. Rużarju u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr immexxija mill-Arċipriet il-Kan. Dun Reuben Micallef, flimkien mas-Saċerdoti tal-Parroċċa. Wara jsir id-dħul tal-vara ta’ Santa Marija fin-Niċċa.

ĦIDMA FIL-KNISJA/OPRI ĠODDA
*  Preparazzjoni tal-permessi għar-restawr tal-Faċċata tal-Knisja
*  Restawr estensiv fuq l-aħħar erbat itwieqi tal-Koppla
*  Bieb ġdid għall-Kappella taċ-Ċimiterju
* Żieda u tkomplija ta’ vestwarju ġdid għall-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
* Żewġ stands tal-ħadid għall-bandalori tal-Ġimgħa l-Kbira
* 60 muzzetta ġdida għar-reffiegħa tal-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira. * 60 kurdun ġdid għar-reffiegħa tal-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira
* L-aħħar linfa ġdida tal-kristall kompluta bil-loppa minn sett ta’ sitta
* L-ewwel linfa kbira tal-kristall minn sett ta’ tnejn għall-Kappelluni tal-ġnub
* Generator ġdid għall-Knisja Parrokkjali
* Aktar damask ġdid tal-palma għan-Navi
* Restawr taż-żewġ antiporti tal-kappelluni
* Pivjal/Kappa għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u purċissjonijiet
* Sistema ta’ Live-streaming mill-Knisja (grazzi għall-Kunsill Lokali)
* Steel Unit għall-Arkivju Parrokkjali
* Tlestija tal-Katalogar tal-Arkivju Parrokkjali
* Żewġ twieqi ġodda tal-aluminium għall-gallerija taċ-Ċentru Parrokkjali

ĦIDMA MILL-GĦAQDA TAL-ARMAR ‘SANTA MARIJA’
* 4 pavaljuni ġodda tad-drapp fuq disinn ta’ Joseph Cauchi u tifsil u ħjata ta’ voluntiera Żebbuġin.
* Sfumar u pittura fuq l-ewwel pavaljun, xogħol ta’ Josef Camilleri.
* 24 ġummiena tal-injam għas-sett kollu tal-pavaljuni, xogħol Mario Vella.
* 7 fistuni ġodda mad-dawra tal-każin.
* Irħamar ta’ żewġ pedestalli żgħar tal-Anġli ta’ maġenb il-Knisja, xogħol Andrew Portelli.
* Induratura tal-istess pedestalli, xogħol tal-membri tal-Għaqda.
* Tlestija tal-irħamar tal-pilandri ta’ Triq il-Knisja, xogħol Andrew Portelli.
* Tkabbir ta’ raf fil-maħżen u apparat mekkaniku biex jittellgħa l-armar.
* Illuminazzjoni ġdida tal-elettriku ġol-maħżen.
* 400 bozza LED għad-dawra tal-Purcissjoni.
* 9 bnadar għal fuq il-belveder ta’ fejn l-iskola.
* Induratura 24 karat fuq Papa Innoċenzu minn Helen Cini.
* Manutenzjoni tal-fistuni kollha tad-dawra tal-Purċissjoni.
* Bieb ġdid ta’ garaxx għall-maħżen tal-basement tal-Każin.

NOTI ĠENERALI
Fil-ġranet tat-Tridu, lejlet u nhar il-Festa tieħu sehem l-Orkestra tal-Parroċċa li tkun taħt id-direzzjoni tal-Mro. Franco Cefai, flimkien mal-Kor ‘Santa Marija’
* Il-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Grech.
* Il-Korijiet ‘Santa Marija’ u ‘Regina Angelorum’ ikunu taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Marija Cefai u tas-Sinjura Jacqueline Vella.
* In-Nar fil-ġranet tal-Festa se jkun maħdum mill-‘Madonna tal-Virtu’ Fireworks Factory’ tal-Għarb u ‘12th May Fireworks Factory’ ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-logħob tan-Nar kollu hu kkoordinat mill-Għaqda tan-Nar tar-raħal.
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa