ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Quddiesa Solenni Ta' Radd Il-Ħajr Lil Alla
Għad-Don Tas-Saċerdozju
Mmexxija Minn Dun Joseph Attard

  Nhar is-Sibt 13 ta' Awwissu, fil-Knisja parrokkjali tagħna ser tinżamm quddiesa solenni mmexxija mis-saċerdot żgħażugħ Żebbuġi, Dun Joseph Attard, b'ringrazzjament lil Alla għad-don tas-saċerdozju li hu rċieva f'Mejju li għada.

Inħeġġukom ħafna tingħaqdu mal-korteo li ser jitlaq mid-dar tiegħu fi triq Għajn Mhelhel fis-6.00pm, akkumpanjat mill-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ li jasal sal-knisja parrokkjali.

Fis-7.00pm imbagħad ikun hemm il-Konċelebrazzjoni Solenni fil-Knisja bis-sehem tal-Orkestra Santa Marija u l-Kor Santa Marija. Ser tiġi esegwita għall-ewwel darba l-quddiesa Missa Assumpta Est Maria (2016) ta' Mro Franco Cefai.

Fi tmiem il-quddiesa jkun hemm il-bews tal-idejn ikkonsagrati tas-saċerdot novell, minn dawk preżenti.

Wara, għal dawk mistiedna, ser ikun hemm ukoll riċeviment fi Pjazza l-Assunta. Inħeġġu lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din il-quddiesa, avveniment importanti ħafna għar-raħal tagħna.

Minn qalbna filwaqt li nirringrazzjaw lil Dun Joseph tal-impenn u l-enerġija kontinwa li hu dejjem wera u għadu juri b'risq ir-raħal tagħna, minn qalbna nawgurawlu: AD MULTOS ANNOS!



Kitba ta': Redentine Formosa
Ritratti: L-invit ufficjali ta' Dun Joseph Attard.

 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa