ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Ordinazzjoni Saċerdotali
  Ordinazzjoni Saċerdotali
Nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Mejju, 2016, fis-6:30 p.m., fil-Knisja Katidrali fir-Rabat Għawdex, ser issir l-Ordinazzjoni Saċerdotali tad-Djaknu mill-paroċċa tagħna Joseph Attard. Kulħadd huwa mistieden għal din iċ-ċelebrazzjoni. Dawk li huma interessati li jattentu u jixtiequ li juzaw t-transport organizzat mill-parroċċa għandu jikkonferma dwar dan mal-Arċipriet jew mad-djk. Joseph (Mob: 99293427). 

Velja ta' Talb fis-Seminarju
Għal darb'oħra ser ikun hemm Velja ta' Talb fis-Seminarju Maġġuri t'Għawdex bis-sehem tad-djaknu Joseph Attard. Din iċ-ċelebrazzjoni li tkun sabiħa ħafna imżewwqa bil-kant u t-talb ser issir il-Ħamis 19 ta' Mejju 2016 fid-8.00pm bi tħejjija għall-ordinazzjoni. Nisimgħu ukoll it-talba tas-Seminarista tal-Parroċċa tagħna. Tkun ħaġa xierqa li nakkumpanjawh anke f’dan il-mument.

L-Ewwel Quddiesa Solenni
L-għada s-Sibt, 21 ta' Mejju fil-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokjali taż-Żebbuġ Dun Joseph jiċċelebra l-Ewwel Quddiesa Solenni tiegħu fil-Paroċċa tagħna.

Quddiesa Solenni ta' Radd il-Ħajr
Iktar qrib il-festa ta' Santa Marija fil-Paroċċa tagħna, Dun Joseph ser jiċċelebra l-Quddiesa Solenni ta' Radd il-Ħajr għad-don tas-Saċerdozju fil-parroċċa taż-Żebbuġ. Din il-Quddiesa Solenni ser issir is-Sibt, 13 ta' Awwissu 2016. Aktar informazzjoni f'dan ir-rigward tingħata 'il quddiem.

Sa dan it-tant nawguraw l-isbaħ xewqat lid-Djaknu Joseph Attard u nkomplu   nakkumpanjawh bit-talb tagħna.

Kitba ta': Redentine Formosa
Ritratti ta':
Djk. Joseph Attard
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R.
Formosa