ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Ordinazzjoni Djakonali
  Nhar is-Sibt 20 ta' Gunju, 2015, fis-6:00 p.m., is-Seminarista Joseph Attard mill-parocca taghna ser jiccelebra l-Ordinazzjoni Djakonali ġewwa l-Katidral t'Għawdex. Kulħadd huwa mistieden ghal din ic-celebrazzjoni. Ser jiġi ukoll organizzat trasport għall-Katidral. Dawk interessati jużaw it-trasport huma mitluba jibbukkjaw fl-uffiċċju parrokkjali, fis-sagristija jew direttament mas-Sem Joseph Attard (Mob: 99293427) sa nhar il-Ħamis 19 ta’ Ġunju filgħaxija. Sa dan it-tant lil Joseph u lil sħabu nkomplu nakkumpanjawhom bit-talb tagħna.


Velja ta' Talb fis-Semiarju
Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju, fid-9.00p.m. fil-bitħa tas-Seminarju ser issir Velja ta’ talb għall-Ordinandi għad-Djakonat fosthom is-Sem Joseph Attard, organizzata mis-Seminaristi u s-Superjuri tagħhom. Tkun ċelebrazzjoni sabiħa ħafna imżewwqa bil-kant u t-talb. Nisimgħu ukoll it-talba tas-Seminarista tal-Parroċċa tagħna. Tkun ħaġa xierqa li nakkumpanjawh anke f’dan il-mument. Għaldaqstant ser ikollna l-Minibus li titlaq mill-Pjazza fid-8.45p.m għal dawk li jixtiequ jingħaqdu magħna. 

X'inhi l-missjoni ta' Djaknu?
Il-missjoni tad-djaknu hi li jkun l-ewwel u qabel kollox qaddej ta' Alla u tal-oħrajn. Huwa ghandu jassisti lis-saċerdot fuq l-artal b'mod partikulari fil-quddiesa, u anke jipproklama u jgħix il-Kelma t'Alla. Fl-ahhar u mhux lanqas ghandu wkoll jippriedka, jqarben, jagħti l-barka sagramentali u jiċċelebra xi sagramenti bħal magħmudija u żwieġ.

Kitba ta': Redentine Cini
Ritratti ta':
Joseph Attard
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Cini