ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
It-Tmien Anniversarju ta' Fr. Reuben
  Għeżież Żebbuġin,

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Awwissu, ningħaqdu lkoll mal-arċipriet il-Kan. Dun. Reuben Micallef, biex flimkien miegħu niċċelebraw it-tmien anniversarju mill-ħatra tiegħu bħala mexxej tal-parroċċa tagħna, ż-Żebbuġ. Inħeġġu lil kulħadd biex f’dan il-jum tant importanti niftakru fih fit-talb tagħna biex il-Mulej jagħtih iktar saħħa u kuraġġ ħalli jkompli jmexxi l-parroċċa tagħna fit-triq it-tajba; speċjalment f’dan iż-żmien xi ftit diffiċli li sabet ruħha fih il-parroċċa bħalissa.

F’ismi u f’isem iż-żebbuġin kollha nawgurawlu minn qalbna u nirringrazzjawh ta’ kull ma qiegħed jagħmel magħna u għall-parroċċa tagħna.

Grazzi Fr. Reuben!
 
Written by: Redentine Cini
Image by: Matthew Vella

 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Cini