ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
L-AĦĦAR TISLIMA TAGĦNA
LILL-ARĊIPRIET EMERITUS MONS LUIĠI VELLA

 
  Ma sbieħ il-għodwa tal-Erbgħa 12 ta’ Marzu, l-Mulej għoġbu jsejjaħ għal għandu lir-ruħ għażiża ta’ Mons Luigi Vella li għal 32 sena mexxa bħala Ragħaj Spiritwali l-Parroċċa tagħna u għal 9 snin oħra qabel ta is-sehem tiegħu bħala Saċerdot. Mons Vella ta l-enerġija u s-saħħa tiegħu kollha b’risq il-komunita’ parrokkjali tagħna u l-Knisja Santwarju Arċipretali taż-Żebbuġ li hu kien u baqa tant iħobb sal-aħħar. Fir-Rivista tal-Parroċċa il-quddiem niddedikaw suppliment dwaru u dwar il-ħidma tiegħu fostna. Hu benefattur kbir tagħna u taż-Żebbuġ u għaldaqstant għandna nħossuna lkoll fid-dmir li nagħtuħ b’mod xieraq u dinjituż l-aħħar tislima tagħna. Id-dettalji tal-Funeral tiegħu li se jsir nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu huma dawn huma dawn:
- Fis-1.30p.m. Il-Fdalijiet ta’ Mons Luiġi Vella jitwasslu mill-Isptar għall-Knisja Parrokkjali tal-Fontana fejn ikun espost għall-pubbliku.
- Fis-2.15p.m. Issir Velja bit-Talba tal-Għasar (fil-Knisja tal-Fontana)
- Fis-2.30p.m. Tluq lejn iż-Żebbuġ fejn fit-2.45p.m. jiġi espost fid-Dar Parrokkjali fi Triq il-Knisja.
- Fit-3.20p.m. Jibda l-Korteo lejn il-Knisja Parrokkjali akkumpanjat mill-Banda Santa Marija.
- Fl-4.00p.m. Quddiesa Funebri mmexxija mill-E.T. Mons Isqof M. Grech. Wara issir id-difna fil-qabar tal-Familja fil-Kappella taċ-Ċimiterju.

Written by: Fr. Ruben Micallef
 
  Previous Next  

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Cini