ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
05 August 2018
  BULETTIN TAL-ĠIMGĦA WINE & PIZZA FIL-PJAZZA B’RISQ L-ISPEJJEŻ TAL-FESTA
Nhar il-Ġimgħa 3 t’Awwissu, l-Grupp tal-Voluntiera tal-Knisja ser jorganizza ‘Wine & Pizza’ (4 tipi ta’ pizza, inbid/drink u ġelat) fil-Pjazza fit-7.45p.m, b’risq l-ispejjeż tal-festa. Ikun hemm ukoll Varjeta’ ta’ kant mill-Kor ‘Regina Angelorum’ u ftit Tombla. Biljetti €8 għall-kbar u €5 għat-tfal. Ejjew u iddevertu magħna waqt li tkunu tgħinu biex inkomplu niġbru l-fondi meħtieġa b’risq il-festa. Baqalna niġbru madwar €5,000 għall-ispejjeż tal-festa! Napprezzaw kull għajnuna li tistgħu toffrulna, bħal imbid u/jew xi oġġetti għall-ispot prices.

AVVIŻ MILL-GOZO CLAY TARGET ASSOSIATION
Il-Gozo Clay Target Assosiation tixtieq tavża li l-Ġimgħa 3 u s-Sibt 4 t’Awwissu filgħaxija fix-shooting range t’Għajn Mhelhel ser isiru kompetizzjonijiet ta’ bil-lejl fuq il-plattini. Din l-isparatura se tkun parti minn kompetizzjoni li se tibda l-Ġimgħa filgħaxija u tispiċċa l-Ħadd matul il-ġurnata.

DAWRA BIT-TREJN B’XEJN GHAT-TFAL LI JIĠU L-KWINDICINA
Dawk it-tfal (mill-year 1 sa dawk li għamlu l-Griżma din is-sena) li jkollhom 10 biljetti tal-Kwindiċina jew iżjed, is-Sibt 18 t’Awissu (lejliet il-festa) ser jittieħdu dawra bit-Train Nitilqu mill-pjazza fl-10.15a.m., immorru d-Dwejra nieħdu ġelat u nerġgħu lura għal ħabta ta’ Nofsinhar. Jintgħażlu l-ewwel 50 tifel u tifla li jkollhom l-aktar biljetti (peress li daqshekk tesa’ t-trejn). Jakkumpanjawhom il-katekisti. Dawk il-fuq minn Form 2 li jkollhom l-istess ammont ta’ biljetti issirilhom attivita’ wara l-festa.

IS-SIBT 4 T’ AWWISSU NAGĦTU BIDU GĦALL-KWINDIĊINA
Nhar is-Sibt 4 ta’ Awwissu jekk il-Bambin irid nagħtu bidu għall-Kwindiċina ta’ Santa Marija fil-Parroċċa tagħna. Wara li fil-bidu ta’ Mejju bdejna l-15-il Erbgħa ta’ Santa Marija, issa jmiss fażi oħra fit-tħejjija tagħna għall-festa: 15-il jum (għalhekk Kwindiċina) ta’ ċelebrazzjonijiet li permezz tagħhom irridu nħejju ruħna għas-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija. Min vera jħobb lil Santa Marija għandu jagħmel min kollox biex ma’ jitlifx dawn il-ġranet. Għalhekk inħeġġiġkom ħafna biex timpenjaw ruħkom minn issa ħalli tattendu l-ewwel u qabel kollox għall-funzjonijiet tal-Knisja (li jkunu fis-7.00p.m.) Is-Sibt nibdew bil-Vestizzjoni ta’ tlett Abbatini ġodda: Simon Borg, Yannick Cefai u Aiden Galea.

APPELL GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM
Nhar il-Ħadd 5 ta’ Awwissu, l-Berġa tax-Xewkija (ħdejn l-iskola primarja) ser tkun miftuħa mit-8.00a.m. sas-1.00p.m. għal min jista jagħti d-demm. Dawk li ser jilqgħu dan l-appell huma mitluba jieħdu magħhom il-karta tal-identita’.

IL-HADD 5 T’AWWISSU: JUM IL-FAMILJA
Nhar il-Ħadd 5 t’Awwissu fil-11.00a.m. Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr. Frankie Cini Mssp, Superjur Provinċjali tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, li għaliha huma mistiedna l-familji kollha b’mod speċjali l-koppji li din is-sena qegħdin jiċċelebraw l-10, il-25 u l-50 Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom. Wara jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Il-bqija l-Quddies ikun bħas-soltu. Fit-3.30p.m. Tiġrijiet tal-bhejjem fi Triq iż-Żebbuġ organizzati mid-dilettanti tar-raħal flimkien mal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ.

IT-TNEJN 6 T’AWWISSU: JUM L-PERSUNI B’DIŻABILITA`
Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kan Dun Michael J. Galea, bis-sehem tal-Membri taċ-Ċentru Persuni b’diżabilita`. Wara nkomplu naqsmu l-ferħ tagħna magħhom permezz ta’ Ikla flimkien, offruta mill-Bar taċ-Ċentru.

IT-TLIETA 7 T’AWWISSU: JUM IL-BENEFATTURI ĦAJJIN U MEJTIN
 Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni minn Dun Samuel Grech, Vigarju Parrokkjali tal-Bażilika tal-Viżitazzjoni tal-Għarb, li fiha jsir talb speċjali għall-Benefatturi kollha.

L-ERBGĦA 8 T’AWWISSU: JUM L-GĦAQDIET KULTURALI, SOĊJALI U SPORTIVI U L-VOLUNTIERA KOLLHA U L-AĦĦAR ERBGĦA
Fis-7.00p.m. Konċ. tal-15-il-Erbgħa ta’ Santa Marija mmexxija minn Mons. Lawrenz Sciberras bis-sehem tal-membri tal-Għaqdiet Soċjali tal-Parroċċa: is-Soċ. Filar. S Marija, is-sotto-kumitati tan-Nisa u taż-Żgħażagħ, l-Għaqda tan-Nar, l-Għaqda tal-Armar, l-Għaqda tal-Qniepen, il-Grupp tal-Voluntiera tal-Knisja, iż-Żebbuġ Rovers F.C., il-Grupp tan-Nisa li jieħdu ħsieb it-tindif tal-Knisja, dawk li jqassmu l-Bullettini u l-voluntiera.

ASSUMPTAFEST 2018 – KUNĊERT MIL-BANDA SANTA MARIJA
Fit-8.30p.m. Programm Mużikali ’Assumptafest 2018’ mill-Banda Santa Marija fi ħdan is-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija taż-Żebbuġ, biswit il-Każin fi Triq il-Knisja. Dan il-kunċert qed jitella flimkien mal-Kunsill Lokali taż-Żebbug u bil-għajnuna tal-Ministeu għal Għawdex. Kulħadd mistieden.

IL-ĦAMIS 9 T’ AWWISSU: JUM IT-TFAL ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA
Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr. Geoffrey G. Attard, għat-Tfal kollha tal-Parroċċa li huma mistiedna jġibu magħhom xemgħa biex joffruha lil S. Marija. Il-ferta waqt il-Quddiesa llum tmur b’risq il-‘Fundazzjoni Jason Azzopardi’, biex jiġu mgħejjuna tfal mill-Parroċċa li jkollhom bżonn ta’ kura medika speċjalizzata. Wara l-Quddiesa, fil-Pjazza t-Tfal kollha jingħataw ġelat. Fit-8.00p.m. Marċ mill-Banda ‘Viżitazzjoni’ tal-Għarb minn ħdejn il-Każin tal-Banda fi Triq il-Knisja sal-Knisja Parrokkjali, fejn l-istess Banda takkumpanja l-ħruġ tal-Istatwa ta’ Santa Marija min-niċċa fost il-kant tal-innijiet reliġjużi. Wara l-istess Banda tkompli ddoqq Marċi brijużi fit-toroq ewlenin tar-raħal.

IL-ĠIMGĦA 10 T’AWWISSU: JUM IS-SOĊJETA` MISSJUNARJA TA’ S. PAWL
Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr. Norbert Bonavia Mssp, Superjur ta’ Dar Stella Maris, bis-sehem tal-membri u l-ħbieb tas-Soċjeta`.

L-IKLA TRADIZZJONALI TAL-FESTA
Il-Ġimgħa 10 t’Awwissu fit-8.30p.m. Ikla Tradizzjonali fil-Pjazza bis-sehem ta’ ħadd anqas minn Freddie Portelli. Ikun hemm ukoll spettaklu ta’ kant u żfin. Inħeġġukom ħafna tieħdu sehem. Il-biljetti jinsabu għall-biegħ miċ-Ċentru Parrokkjali.

BUKKETTI TAL-FJURI QUDDIEM SANTA MARIJA
Dawk interessat jagħmlu bukkett fjuri (li jiswa €35) quddiem S. Marija, fuq il-Presbiterju jew mal-pilastri tal-Knisja għall-jiem tal-Festa huma mitluba jkellmu lill-Arċipriet fil-jiem li ġejjin.

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA’
* Nifirħu lil George Scicluna (San Ġorġ - Victoria) u Catriona Zammit (Iż-Żebbuġ) li s-Sibt 28 ta’ Lulju ingħaqdu flimkien bis-Sagrament taż-Żwieġ, fil-Knisja Parrokkjali tagħna. Nifirħulom u nawgurawlhom.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa