ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
22 July 2018
  IL-ĠABRA L-KBIRA GĦALL-FESTA TA’ SANTA MARIJA
Il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju, (Knisja l’isfel) u s-Sibt 21 ta’ Lulju, (mill-Knisja l’fuq) ser issir il-Ġabra l-kbira għall-Festa ta’ S.Marija. Bħal ma tafu l-festa qiegħda toqrob ġmielha u jixraq li bħas-soltu nagħmlu festa sabiħa li tixraq lil Patruna tagħna Santa Marija. S’issa ġbarna € 6,182.65 (Is-sena l-oħra f’dan l-istadju konna ġa ġbarna €8,664.45). L-ammont ta’ din is-sena nġabar minn żewġ ġabriet (€2,624.65 u €3,058.00) u €500 f’donazzjonijiet bejn il-ġbir. Infakkarkom li s-sena li għaddiet l-ispiża tal-festa (barra s-servizzi liturġiċi) kienet ta’ €15,834.53 (Breakdown ta’ din is-somma deher fir-rendikont li kien tqassam wara l-festa tas-sena li għaddiet). Dan ifisser li jonqosna niġbru madwar €9,500 oħra! Jekk irridu li nibqgħu nagħmlu festa bħas-snin l-imgħoddija hemm bżonn nagħmlu l-aħħar sforz u ngħinu iktar mill-aħjar li nistgħu. Jekk le, jkun ifisser li m’għadniex interessati mill-festa, l-programm għadu mhux stampat u nkun kostrett innqas xi spejjeż. Għadaqstant inħeġġukom biex nkunu ġenerużi.

IL-KOR REGINA ANGELORUM FIL-MARATONA ‘OĦLOQ TBISSIMA’ Wara li fi tmiem il-ġimgħa, li għaddiet ġbarna s-somma sabiħa ta’ €600 fil-Quddies kollu tal-weekend b’risq il-Maratona ‘Oħloq Tbissima’li ser tiġi organizzata mis-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl fi tmiem din il-ġimgħa, bħala ġbir ta’ fondi b’risq il-Missjonijiet tal-istess Soċjeta’, din il-ġimgħa jmiss lill-Kor ‘Regina Angelorum’ tal-Parroċċa tagħna li ser jgħin ukoll f’din il-Maratona permezz tal-kant tiegħu l-Ġimgħa 20 ta’ Lulju fl-4.30p.m. Il-membri tal-Kor huma avżati li ser ikollna trasport li jitlaq mill-Pjazza fis-1.30p.m. Jekk għad fadal xi ħadd li jixtieq jgħaddi id-donazzjoni tiegħu b’risq il-Maratona, jista jħalliha mal-Arċipriet fil-ġranet li ġejjin.

DIVERTIMENT – IKEL – TOMBLA: SERATA FIL-BERAH 2018!
Is-Soċjeta Filarmonika Santa Marija tixtieq tfakkar li nhar is-Sibt 21 ta’ Lulju 2018 ser torganizza ‘Serata fil-Beraħ 2018' fit-8.00pm maġenb il-Każin. Ser ikollna serata b'varjeta' ta' talent lokali fejn magħna ser jingħaqdu Spiru Sillato, il-Kor Regina Angelorum, kif wkoll talenti oħra. L-ikel jinkludi buffet bi tlett tipi ta’ għagin [Prezz €6 kbar u €4 iż-żgħar]. Bħas-soltu jkollna l-logħob tat-tombla, rigali sbieħ x’jintrebħu u l-lotterija speċjali tas-sajf. Programm dettaljat tqassam mal-bullettin. Infakkrukom li ser jiġi pprovdut transport lura d-dar. Kulħadd huwa mistieden.

AVVIŻ MILL-GĦAQDA TAL-ARMAR SANTA MARIJA
L-Għaqda Armar Santa Marija tixtieq tappella lil dawk kollha li jistgħu jagħtu daqqa f’id fl-armar tal-festuni tad-dawra tal-purċissjoni nhar il-Ħadd li ġej 22 ta’ Lulju. Dawk li ser jilqgħu dan l-appell huma mitluba jinġabru fil-Pjazza fis-7.00a.m.. Kull tip ta’ għajnuna hija ferm apprezzata.

APPELL GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM
Nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju, l-Berġa tax-Xewkija (ħdejn l-iskola primarja) ser tkun miftuħa mit-8.00a.m. sas-1.00p.m. għal min jista jagħti d-demm. Dawk li ser jilqgħu dan l-appell huma mitluba jieħdu magħhom il-karta tal-identita’.

INKOMPLU BIL-QUDDIESA TAD-9.00A.M. GĦAT-TFAL KOLLHA
Matul din il-ġimgħa, ta’ kuljum (barra nhar ta’ Erbgħa u Sibt) inkomplu bil-Quddiesa għat-Tfal kollha fid-9.00a.m., fil-Knisja Parrokkjali. Nappellaw lill-ġenituri biex iħeġġu lit-tfal kollha ħalli jieħdu sehem fil-Quddiesa. Fl-aħħar tal-Quddiesa jittellgħu rigali sbieħ fost it-tfal preżenti.

IT-TIELET LAQGĦA GĦALL-ABBATINI L-ĠODDA
Nhar it-Tnejn 23 ta’ Lulju fis-6.00p.m. fil-Knisja Parrokkjali ser issir it-tielet laqgħa/prova għal dawk it-tfal li wrew interess li jissieħbu mal-Grupp tal-Abbatini.

PROVA GĦALL-MEMBRI TAL-KORIJIET
Nhar it-Tnejn 23 ta’ Lulju fis-7.30p.m. ser isiru provi importanti għall-membri tal-Kor Santa Marija u għall-membri tal-Kor Regina Angelorum flimkien fil-Knisja bi tħejjija għall-festa. Nagħmlu appell lill-membri kollha biex jattendu.

NIĊĊELEBRAW IT-TLETTAX-IL ERBGĦA TA’ SANTA MARIJA
Il-Erbgħa 25 ta’ Lulju, nkomplu bl-Erbgħat ta’ Sta Marija. Fis-6.30p.m. Rużarju u Kurunella u Barka Sagramentali. Fis-7.00p.m. tibda Konċelebrazjoni mmexxija minn Fr Frankie Cini Mssp, Superjur Reġjonali tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl f’Malta bis-sehem tal-Kor ‘Santa Marija’. Qed issir sejħa speċjali lit-Tfal kollha tal-Parroċċa biex f’din l-okkażjoni jġibu magħhom xi fjuri/xemgħa biex joffruhom lil S.Marija waqt l-offertorju. Titqassam it-13 il-sticker lit-Tfal.

FESTA TA’ SANT ANNA FID-DWEJRA
Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sant’Anna fid-Dwejra, nhar il-Ħamis 26 ta’ Lulju fil-7.30pm Mons Karm Refalo, Arċipriet tax-Xagħra se jmexxi Quddiesa fil-bearħ ħdejn il-Kappella ‘ddedikata lil din il-Qaddisa li fiha ssir il-preżentazzjoni tat-Trabi u t-Tfal lil Sant Anna. Mistiedna b’mod speċjali n-Nanniet u l-Familji li għadhom irabbu. Barra din il-Quddiesa ikun hemm ukoll Quddies fis-6.00a.m., fl-10.00a.m., f’12.00p.m. u fl-4.30p.m.

L-EWWEL MINN ŻEWĠ LINEF ĠODDA GĦALL-KAPPELLUNI TAL-KNISJA
Bħalma forsi diġa rajtu fil-Knisja f’dawn l-aħħar jiem ġiet armata l-ewwel linfa minn sett ta’ tnejn li ġew ikkummissjonati għand l-istess aġent li ħadmilna s-sitt linef tal-korsija. Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex f’isem kulħadd nirringrazzja liż-żewġ benefatturi distinti li ħallsu dawn iż-żewġ linef, lil Nicholas Cini li ħadem l-apparat biex tittellgħa f’postha u l-voluntiera tal-Knisja tax-xogħol indispensabbli tagħhom anke f’dan il-proġett. Il-linfa l-oħra titqiegħed f’postha aktar tard din is-sena.

AĠĠORNAMENT DWAR IL-PROĠETT TAR-RESTAWR
Il-ġimgħa li għaddiet kellna l-ispezzjoni in situ li kien ilna tant nistennew mill-Heritage Unit tal-Awtorita’ tal-Ippjanar minħabba l-iżviluppi tar-restawr tal-Kampnari u l-Faċċata tal-Knisja. Wara li dawn raw b’għajnejjhom u messew b’idejhom il-ħsara konsiderevoli li hemm, indirizzawna biex nissottomettu applikazzjoni oħra din id-darba li flok restawr tinkorpora bdil sostanzjali tal-ġebel li tmermer bl-elementi u bil-kisi li kien sar preċedentement. Għaldaqstant sfortunatament irridu nistennew ftit oħra biex finalment tiġi valutata din it-tieni fażi tal-applikazzjoni u eventwalment niġu mogħtija l-permessi meħtieġa biex nibdew ix-xogħol. Sadanittant nibqgħu niġbru l-fondi meħtieġa għal dan ir-restawr.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa