ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
01 July 2018
  SOLENNITA` TAL-APPOSTLI SAN PIETRU U SAN PAWL
Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju niċċelebraw is-Solennita’ tal-Prinċpijiet tal-Appostli, S.Pietru u S. Pawl. F’dan il-jum noffru talb speċjali għall-Papa Franġisku suċċessur dirett ta’ S. Pietru bħala Isqof ta’ Ruma u Ragħaj Spiritwali tagħna lkoll u għall-Missjunarji kollha biex fuq l-eżempju ta’ S. Pawl ikomplu jwasslu l’Bxara t’Tajba lill-ġnus kollha. Il-Quddies f’dan il-jum ikun fil-5.30a.m. fis-7.00.a.m., fil-11.00a.m., u ta’ filgħaxija fis-6.00p.m. (u mhux fis-7.00p.m. bħas-soltu)

IRTIR BI TĦEJJIJA GĦAS-SAGRAMENT TAL-GRIŻMA
Il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju ser isir l-Irtir bi tħejjija għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma. Niltaqgħu fiċ-Ċentru Parrokkjali fid-9.00a.m. u nispiċċaw ftit qabel Nofsinhar.

PROVA GĦALL-MEMBRI TAL-KORIJIET
Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju wara l-Quddiesa tal-11.00a.m. (bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof) u nhar it-Tnejn 2 ta’ Lulju fis-7.30p.m. ser isiru provi importanti għall-membri tal-Kor Santa Marija u għall-membri tal-Kor Regina Angelorum flimkien fil-Knisja. Inħeġġu l-membri kollha biex jattendu.

ĊELEBRAZZJONI TAL-GRIŻMA TAL-ISQOF
Is-Sibt 30 ta’ Ġunju, 10 Adoloxxenti mill-Parroċċa tagħna ser jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni minn idejn l-Isqof Mario Grech. Il-Quddiesa li se tkun animata mill-Korijiet ‘Santa Marija’ u ‘Regina Angelorum’ tibda fis-6.30p.m. Dakinhar din tkun l-unika Quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali.

TIFKIRA TAL-BEATU NAZJU FALZON
Nhar il-Ħadd 1 ta’ Lulju, f”pajjiżna tiġi iċċelebrata t-Tifkira tal-Beatu Nazju Falzon, Kjerku u Katekista kumpajżan tagħna. Nitolbu għall-Katekisti kollha biex ikomplu bil-ħidma qaddisa tagħhom b’mod speċjali maċ-ċkejknin tagħna.

AVVIŻ MILL-GĦAQDA TAN-NAR
Il-Ħadd l-1 ta’ Lulju filgħodu, l-membri tal-Għaqda tan-Nar jagħmlu l-ġabra bieb bieb, flok l-aħħar Ħadd tax-xahar li għadda għall-ispejjeż tal-logħob tan-nar għall-Festa. Issa li l-Festa qed toqrob ġmielha, nappellaw għal donazzjonijiet aktar ġenerużi.

NAGĦTU BIDU GĦALL-QUDDIESA TAD-9.00A.M. GĦAT-TFAL KOLLHA
Nhar it-Tnejn 2 ta’ Lulju nagħtu bidu għall-Quddiesa tad-9.00a.m f’dawn ix-xhur tal-vaganzi. Nagħmlu appell lill-ġenituri u lit-Tfal kollha biex f’dawn il-ġranet tal-vaganzi jagħmlu mpenn ħalli jakkumpanjaw, jew jekk ma jistgħux jagħmlu dan, jibgħatu lil uliedhom għall-Quddies. Jittellgħu rigali sbieħ kulljum fost it-tfal preżenti. Il-Quddies ikun it-Tnejn u t-Tlieta, l-Ħamis u l-Ġimgħa.

LIVE-IN GĦALL-ADOLOXXENTI
Minn nhar it-Tnejn 2, sa nhar il-Erbgħa 4 ta’ Lulju, l-Grupp tal-Adoloxxenti tal-Parroċċa se jkun qed jagħmel esperjenza ta’ Live-in ġewwa farmhouse f’Ta’ Kerċem. L-Adoloxxenti ser ikunu akkumpanjati mill-Arċipriet, u xi helpers oħra. Nitilqu t-Tnejn wara l-Quddiesa tad-9.00a.m. mill-Pjazza.

APPELL GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM
Nhar it-Tlieta 3 ta’ Lulju l-Berġa tax-Xewkija (ħdejn l-iskola primarja) ser tkun miftuħa mis-1.00p.m. sal-5.00p.m. għal min jista jagħti d-demm.

NIĊĊELEBRAW L-GĦAXAR ERBGĦA TA’ SANTA MARIJA
Il-Erbgħa 4 ta’ Lulju, nkomplu bl-Erbgħat ta’ Sta Marija. Fis-6.30p.m. Rużarju u Kurunella u Barka Sagramentali. Fis-7.00p.m. tibda Konċelebrazjoni mmexxija minn Fr Louis Mallia MSSP, bis-sehem tal-Kor ‘Santa Marija’. Qed issir sejħa speċjali lit-Tfal kollha tal-Parroċċa biex f’din l-okkażjoni jġibu magħhom xi fjuri/xemgħa biex joffruhom lil S.Marija waqt l-offertorju. Titqassam l-10 sticker lit-Tfal.

SERVIZZ MILL-BANDA SANTA MARIJA F’TA’ KERĊEM
Is-Soċjeta’ Filar. Santa Marija tavża li nhar il-Ħamis 5 ta’ Lulju, il-Banda Santa Marija se tagħmel l-ewwel servizz bandistiku f’dan l-istaġun tal-festi fir-raħal ta’ Kerċem fid-Dimostrazzjoni bl-isatwa taż-Żewġ Patruni tar-raħal. Filwaqt li nħeġġu l-Bandisti Żebbuġin jattendu u jkunu fil-ħin nistiednu wkoll lilkom sostenituri tal-banda tagħna biex tużaw it-trasport mingħajr ħlas li jitlaq mill-Pjazza fid-9.00p.m.

L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR
Il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju, hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00a.m. Quddiesa u wara Adorazzjoni sas-7.00p.m. Bejn is-2.00p.m. u t-3.00p.m. issir is-Siegħa tal-Ħniena Divina. Inħarsu dan il-jum b’Quddiesa u Tqarbina. It-Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani tas-soltu jsir filgħodu. Illum ma jkunx hemm Quddiesa fid-9.00a.m.

B.B.Q FUQ IL-BELVEDER MIS-SEZZJONI ŻGĦAŻAGĦ TAL-BANDA
Nhar is-Sibt 7 ta’ Lulju fit-8.00p.m. is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċ. Filar. Santa Marija ser torganizza BBQ fuq il-Belveder ta’ ħdejn l-iskola. Tintwera l-logħba tal-World Cup fuq Big Screen. Biljetti: €12 tal-kbar u € 7 għaż-żgħar.

SEJĦA GĦAL ABBATINI ĠODDA
Qed issir sejħa għat-tfal subien (minn Year 3-il fuq) li jixtiequ jsiru Abbatini ġodda biex jikkuntattjaw lill-Arċipriet jew li xi ħadd mis-Saċerdoti tal-Parroċċa jew lil Fabio Cini, biex eventwalment wara li jsiru xi laqgħat ta’ tħejjija għalihom, fil-bidu tal-Kwindiċina ‘ssirilhom il-Vestizzjoni u jkunu jistgħu jibdew joffru s-servizz tagħhom fuq l-Artal flimkien mal-Abbatini l-oħra.

ARTIKLI JEW RITRATTI GĦALL-KTIEB TAL-FESTA
Dawk interessati li jiktbu xi artiklu jew materjal ieħor għall-Ktieb tal-Festa huma mitluba jikkuntattjaw lill-Arċipriet u jgħaddulu l-materjal sal-15 ta’ Lulju. Anke dawk li għandhom xi ritratti antiki tal-festa, tal-Knisja jew tar-raħal huma mitluba jgħadduhomlna biex nagħmlu kopja tagħhom u nirritornawhomlhom lura.

FLOKKIJIET TAL-FESTA 2018
Navżaw li qed jittieħdu l-ordijiet tas-sizes tal-flokkijiet tal-Festa sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħadd l-1 ta’ Lulju. Kellmu lil Fabio Cini jew Matthew Vella.

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA’
* Is-Sibt 23 ta’ Ġunju, l-Mulej għoġbu jsejjah lil Marija Zahra għall-ħajja ta’ dejjem. Filwaqt li nagħtu l-għomor lill-familjari tagħha, nibqgħu niftakru fiha fit-talb tagħna. Il-familjari jirringrazzjaw lil dawk kollha li wrew sogħba magħhom għat-telfa li ġarrbu. Agħtiha o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa