ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
10 June 2018
  JUM DINJI TA’ TALB GĦAS-SAĊERDOZJU KATTOLIKU.
Il-Gimgħa 8 ta’ Ġunju jiġi ‘ċċelebrat il-Jum dinji ta’ Talb għall-Qdusija tas-Saċerdoti. Għaldaqstant fil-5.00p.m. is-Saċerdoti kollha ta’ Għawdex flimkien mal-Isqof se jkunu miġbura lkoll flimkien għal siegħa ta’ talb fil-Knisja Parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesu fil-Fontana. Nitolbu għas-Saċerdoti tagħna.

SOLENNITA’ TAL-QALB TA’ ĠESU’
Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju niċċelebraw is-Solennita’ tal-Qalb ta’ Ġesu’. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kor Regina Angelorum. Mistiedna speċjali għal din il-festa huma t-Tfal tal-Preċett flimkien mal-familjari tagħhom. Wara l-Quddiesa issir Purċissjoni qasira li tgħaddi minn dawn it-toroq: Knisja, Kapp. D.Franġisk Vella, issir waqfa qasira taħt in-niċċa tal-Qalb ta’ Ġesu fejn nirċievu l-Barka Sagramenatli u jsir it-tiġdid tal-Konsagrazzjoni tal-familji tagħna lil Qalb ta’ Ġesu’, Ġoma u mill-ġdid Knisja. It-Tfal tal-Preċett jiġu lebsin il-libsa tal-Ewwel Tqarbina.

LAQGĦA GĦALL-GĦARAJJES FL-ISTITUT TAL-FAMILJA
Nhar il-Ħadd 10 ta’ Ġunju fil-11.00a.m. fl-Istitut tal-Familja ‘Papa San Ġwanni Pawlu II’ ser issir Laqgħa għall-Għarajjes li kienu jattendu l-Kors ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ dwar ‘Il-Liġi statali taż-Żwieġ’ li ser jagħmilha in-Nutar Dr Paul Ġ. Pisani. Inħeġġu l-Għarajjes konċernati biex jattendu u nfakkruhom li wara jkun fadlilhom l-aħħar laqgħa li se tkun ma’ Mons Isqof Mario Grech.

PELLEGRINAĠĠ DJOĊESAN GĦAR-REDENTUR TAL-ISLA
Il-Ħadd 10 ta’ Gunju filgħaxija, id-Djoċesi se torganizza pellegrinaġġ djoċesan għar-Redentur tal-Isla. Il-pellegrinaġġ se jkun immexxi mill-Isqof Mario Grech. Mal-wasla fil-Bażilika u Santwarju ta’ Marija Bambina tal-Isla, Mons. Isqof se jmexxi Pontifikal Solenni fis-6.00pm u wara jmexxi l-Purċissjoni bl-istatwa devota tar-Redentur, li lejha l-Għawdxin għandhom devozzjoni speċjali. Se nitilqu mal-vapur tat-3.00pm biex naslu komdi fil-ħin u jkun hemm ċans, għal dawk li jixtiequ, jinvistaw ir-Redentur. Niġu lura mal-vapur tal-9.45pm. Ħlas ta’ €4 għat-trasport f’Malta, li ma jinkludix il-biljett tal-vapur u lanqas it-trasport f’Għawdex.

QUDDIESA F’GĦELUQ IS-SENA TAL-AZZJONI KATTOLIKA
Nhar it-Tnejn 11 ta’ Ġunju l-Quddiesa tas-7.00a.m. ser tkun offruta b’suffraġju tal-Membri mejtin tal-Azzjoni Kattolika u fl-istess ħin isir l-għeluq tas-sena tal-Azzjoni Kattolika Parrokkjali. Il-membri kollha huma mitluba biex jipparteċipaw.

L-EWWEL LAQGĦA BI TĦEJJIJA GĦALL-FESTA TA’ SANTA MARIJA
Nhar it-Tlita 12 ta’ Ġunju fis-7.30p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali ser issir l-ewwel laqgħa bi tħejjija għall-Festa ta’ Santa Marija. Apparti l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u r-rappreżentanti tal-Għaqdiet Soċjali tar-raħal huwa mistieden kulħadd.

FESTA TA’ SANT ANTNIN TA’ PADOVA
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Ġunju, tiġi ċċelebrata it-tifkira ta’ Sant Antnin ta’ Padova, l-Qaddis li jsib il-ħwejjeġ mitlufin – il-Patri qaddis li mexa fuq il-passi tal-Fqajjar t’Assisi, predikatur magħruf u duttur tal-Knisja.

NIĊĊELEBRAW IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SANTA MARIJA
Il-Erbgħa 13 ta’ Ġunju, nkomplu bl-Erbgħat ta’ Sta Marija. Fis-6.30p.m. Rużarju u Kurunella u Barka Sagramentali. Fis-7.00p.m. tibda Konċelebrazjoni mmexxija minn Kan. Dun Ġwann Sultana bis-sehem tal-Kor ‘Santa Marija’. Qed issir sejħa speċjali lit-Tfal kollha tal-Parroċċa biex f’din l-okkażjoni jġibu magħhom xi fjuri/xemgħa biex joffruhom lil S.Marija waqt l-offertorju. Tingħata s-7 sticker lit-Tfal.

LAQGĦA GĦALL-ĠENITURI U L-PARRINI TAL-GREŻIMANDI
Il-Ħamis 14 ta’ Ġunju fis-6.00p.m. fis-Sala taċ-Ċentru ser issir laqgħa għall-Ġenituri u l-Parrini tal-Greżimandi. Din il-Laqgħa titmexxa mill-Arċipriet. Importanti ħafna li jattendi kulħadd.

ORDINAZZJONI PRESBITERALI
Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju fil-Knisja Katidrali fis-6.30p.m. Mons Isqof Mario Grech ser jordna Saċerdot lid-Djaknu Joseph Hili mill-Parroċċa tax-Xagħra. Tkun ħaġa sabiħa jekk jirnexxielna nattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni sabiħa. Nitolbu għalih u għal aktar vokazzjonijiet kemm saċerdotali kif ukoll reliġjużi.

HIGH-TEA B’RISQ IT-TAGĦLIM TAL-MUŻIKA FIL-KAŻIN TAL-BANDA
Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tixtieq tavża li nhar il-Gimgha 15 ta' Gunju fit-7:45p.m. [wara quddiesa] ser jiġi organizzat HIGH-TEA-TOMBLA fil-Każin. Nħeġġukom tattendu għax filwaqt li nqattgħu ftit ħin ta’ divertiment flimkien, intom tkunu ta’ għajnuna biex inkomplu bil-ħidma tagħna iddedikata lit-tagħlim u s-servizzi tal-mużika lir-raħal tagħna. Imbgħad nistiednu lilek u lill-membri tal-familja għall-quddiesa speċjali ta’ Jum l-Missier nhar il-Ħadd 17 ta' Gunju, fl-10.00a.m. fil-Kappella taċ-Ċimiterju. Wara l-quddiesa tingħata tifkira lill-missirijiet kollha. Ingħaqdu magħna I

TTRA LILL-ISQOF MILL-GRESIMANDI
Infakkru lil dawk li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof fi tmiem dan ix-xahar, fl-Ittra li huma mitulba jiktbu lil Mons Isqof li fiha jitolbuh jamministralhom is-Sagrament tal-Griżma. Dawk li għadhom ma ‘ppreżentawx l-ittra huma mitluba jgħadduha lill-Arċipriet jew lil xi ħadd mis-sSoċji tal-Museum sa nhar it-Tnejn 11 ta’ Ġunju.

KLABB TAS-SAJF FL-ORATORJU DON BOSCO
L-Oratorju Don Bosco jixtieq javża li fis-Sajf li ġej se jkun qed jerġa jorganizza l-Klabb tas-Sajf għat-Tfal u l-Istudenti bejn l-4 u t-13-il sena. Ikun nhar ta Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn id-9.00a.m. u Nofsinhar matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. L-applikkazzjonijiet jinkisbu mill-Oratorju Don Bosco stess.

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA’
Nifirħu lil Tfal tal-Preċett: Bernard Borg, Simon Borg, Amy Cini, Samaya Cini, Yannick Cefai, Aiden Galea, Calvin Muscat, Rihanna Pisani, Justin Refalo, Michaela Sultana, Amy Xuereb, Ylenia Zammit Cini li nhar il-Ħadd 3 ta’ Ġunju irċevew għall-Ewwel darba lil Ġesu fl-Ewkaristija u nħeġġuhom biex ma’ jitilfux tqarbina waħda għal xejn b’xejn...

GRAZZI TAL-ĠENEROŻITA TAGĦKOM...
* Lil Persuna NN li tat €500 għall-Generator
* Lil Persuna NN li tat €50 għax-Xemgħa tas-Sagrament
* Lil diversi persuni NN li taw €10, €10 u €10 għall-bżonnijiet tal-Knisja

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa