ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
03 June 2018
  L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR
Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju, hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00a.m. issir Quddiesa u wara tinżamm l-Adorazzjoni sas-7.00p.m. Bejn is-2.00p.m. u t-3.00p.m. tinżamm is-Siegħa tal-Ħniena Divina. Inħarsu dan il-jum b’Quddiesa u Tqarbina. It-Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani tas-soltu jsir matul in-nofstanhar ta’ filgħodu.

NILQGĦU FOSTNA LIL SISTER CELINA CINI
Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju fil-Quddiesa tas-7.00p.m. ser ikollna magħna lil Sister Celina Cini tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu, mill-Parroċċa tagħna li bħalissa tinsab fostna għal btala qasira. Waqt il-Quddiesa ser nagħmlu ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Missjoni tagħha fil-Filippini. Nagħtuha merħba!

B.B.Q. GĦALL-GRUPPI TAL-ADOLOXXENTI U TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju ser issir l-aħħar attivita’ tal-Gruppi tal-Adoloxxenti u taż-Żgħażagħ qabel il-waqfa tas-sajf. Niltaqgħu ċ-Ċentru fis-7.30p.m. biex immorru x-Xwejni għal B.B.Q. flimkien. Nirritornaw għall-ħabta tal-10.00p.m.

IRTIR GĦAT-TFAL TAL-PREĊETT
Nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju, ser jinżamm l-Irtir għat-Tfal tal-Preċett bi tħejjija għall-Ewwel Tqarbina. Nibdew fid-9.00a.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali u nispiċċaw fil-11.45am fil-Knisja. (It-Tfal iġibu magħhom lunch għal waqt il-waqfa qasira)

PROVI GĦALL-MEMBRI TAL-KORIJIET
Nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju fl-4.00p.m. ser issir prova oħra għall-membri tal-Kor Santa Marija u għall-membri tal-Kor Regina Angelorum flimkien fil-Knisja.

L-AĦĦAR LAQGĦA TAL-ABBATINI
Is-Sibt 2 ta’ Ġunju fis-6.00p.m., issir l-aħħar laqgħa għall-Abbatini qabel il-waqfa tas-sajf ‘mmexxija mis-Sem Gabriel Vella. L-Abbatini kollha huma mħeġġa jattendu.

SOLENNITA’ TAL-ĠISEM U D-DEMM TA’ KRISTU
F’dan il-Ħadd, 3 ta’ Ġunju, niċċelebraw is-Solennita’ ta’ Corpus Christi. Hija okkażjoni biex ilkoll kemm aħna nirriflettu ftit iżjed fil-fond dwar il-misteru tal-Ewkaristija – l-Ikel tal-ħajja tagħna bħala Nsara. J’Alla din il-festa sservi ta’ impenn għalina biex nivvalorizzaw iżjed dan is-Sagrament fil-ħajja tagħna u nagħmlu proponiment li nersqu iżjed ta’ spiss lejn l-Ewkaristija, anke matul il-ġimgħa. Illum minn wara l-Quddiesa tat-8.00a.m., (jiġifieri mid-8.45a.m.) sal-10.00a.m tinżamm l-Adorazzjoni. Inħeġġukom issibu ftit ħin biex tgħadduh f’riġlejn Ġesu’ Ewkasritija f’dan il-jum solenni.

IĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL-EWWEL TQARBINA
Filgħaxija, fl-4.00p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċ. D. Reuben Micallef flimkien mas-Saċerdoti tal-Parroċċa, li fiha grupp ta’ 12-il tifel u tifla jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Janima l-Kant il-Korijiet Regina Angelorum u Santa Marija. Kulħadd huwa mistieden. Wara Purċissjoni bis-Sagrament li tgħaddi mit-Toroq Għajn Mhelhel, Żaki, Madonna taċ-Ċiċri u Pjazza l-Assunta fejn nirċievu l-Barka Sagramentali f’żewġ postijiet partikulari. Inħeġġu lir-residenti tat-toroq fejn tgħaddi l-Purċissjoni biex iżejnu t-twieqi. Nagħmlu appell ukoll lill-fratelli kollha biex jieħdu sehem.

L-AĦĦAR LAQGĦA TAL-LECTIO DIVINA
It-Tnejn 4 ta’ Ġunju, fis-7.30p.m. fil-Knisja Parrokkjali tinżamm l-aħħar laqgħa tal-Lectio Divina. Peress li din se tkun l-aħħar laqgħa tagħna qabel is-sajf, ser nikonkludu b’mument ta’ talb u radd il-ħajr quddiem Ġesu Sagramentat u nirċievu l-Benedizzjoni.

FESTA GĦAT-TFAL TAL-PREĊETT F’DAR STELLA MARIS
Nhar it-Tlieta 5 ta’ Ġunju, it-Tfal tal-Preċett flimkien mal-familji tagħhom huma mistiedna għall-Quddiesa tas-6.00p.m. fil-Kappella ta’ Dar Stella Maris. Wara jkun hemm festin żgħir għalihom.

NIĊĊELEBRAW IS-SITT ERBGĦA TA’ SANTA MARIJA
Il-Erbgħa 6 ta’ Ġunju, nkomplu bl-Erbgħat ta’ Sta Marija. Fis-6.30p.m. Rużarju u Kurunella u Barka Sagramentali. Fis-7.00p.m. tibda Konċelebrazjoni mmexxija minn Kan. Dun Michael Galea bis-sehem tal-Kor ‘Santa Marija’. Qed issir sejħa speċjali lit-Tfal kollha tal-Parroċċa biex f’din l-okkażjoni jġibu magħhom xi fjuri/xemgħa biex joffruhom lil S.Marija waqt l-offertorju. Tingħata s-6 sticker lit-Tfal.

SOLENNITA’ TAL-QALB TA’ ĠESU’
Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju niċċelebraw is-Solennita’ tal-Qalb ta’ Ġesu’. Fis-7.00p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kor Regina Angelorum. Mistiedna speċjali għal din il-festa huma t-Tfal tal-Preċett flimkien mal-familjari tagħhom. Wara l-Quddiesa issir Purċissjoni qasira li tgħaddi minn dawn it-toroq: Knisja, Kapp. D.Franġisk Vella, issir waqfa qasira taħt in-niċċa tal-Qalb ta’ Ġesu fejn nirċievu l-Barka Sagramenatli u jsir it-tiġdid tal-Konsagrazzjoni tal-familji tagħna lil Qalb ta’ Ġesu’, Ġoma u mill-ġdid Knisja. It-Tfal tal-Preċett jiġu lebsin il-libsa tal-Ewwel Tqarbina.

PELLEGRINAĠĠ DJOĊESAN GĦAR-REDENTUR TAL-ISLA
Il-Ħadd 10 ta’ Gunju filgħaxija, id-Djoċesi se torganizza pellegrinaġġ djoċesan għar-Redentur tal-Isla. Il-pellegrinaġġ se jkun immexxi mill-Isqof Mario Grech. Mal-wasla fil-Bażilika u Santwarju ta’ Marija Bambina tal-Isla, Mons. Isqof se jmexxi Pontifikal Solenni fis-6.00pm u wara jmexxi l-Purċissjoni bl-istatwa devota tar-Redentur, li lejha l-Għawdxin għandhom devozzjoni speċjali. Se nitilqu mal-vapur tat-3.00pm biex naslu komdi fil-ħin u jkun hemm ċans, għal dawk li jixtiequ, jinvistaw ir-Redentur. Niġu lura mal-vapur tal-9.45pm. Ħlas ta’ €4 għat-trasport f’Malta, li ma jinkludix il-biljett tal-vapur u lanqas it-trasport f’Għawdex.

GRAZZI TAL-ĠENEROŻITA TAGĦKOM...
* Lil dawk li taw sehemhom fl-ewwel Ġabra għall-Festa ta’ S. Marija li telgħet għas-somma ta’ € 2,624.65. Grazzi lil Frances Cefai u lil Giovanna Calleja li għenu fil-ġbir.
* Lil Michael u Vicky Saliba u l-klijienti ta’ Saliba Store li mill-lotteriji li jiġu organizzati fil-ħanut għaddew is-somma ta’ €500 għall-Restawr tal-Knisja u lill istess familja li fl-okkażjoni tal-għoti ta’ Ġieh iż-Żebbuġ lill-għażiża tagħhom Nina Saliba għaddew is-somma ta €500 oħra għall-bżonnijiet tal-Knisja.
* Lil persuna NN li tat €1000 għall-Generator
* Lil diversi persuni oħra NN: €100, €50, €50, €50, €30, €20, €20, €20, €20, €20 u €20, €15, €10, €10, €10 u € 7 (inklużi dawk li taw donazzjonijiet waqt u fl-okkażjoni tal-Bake Sale ta’ Jum l-Omm) għall-Generator.
* Lil persuni NN li taw: €100, €50, €50, €50, €25, €15 u €10 għar-Restawr tal-Knisja.
* Lil persuna NN li tat €20 għal Santa Marija.
* Lil diversi persuni NN li taw €50, €10 u €10 għall-bżonnijiet tal-Knisja.
* Lil persuna NN li tat €10 għax-xema.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa