ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
27 May 2018
  L-EWWEL ĠABRA GĦALL-FESTA TA’ SANTA MARIJA
Il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju, (mill-Knisja l’isfel) u s-Sibt 26 ta’ Mejju, (mill-Knisja l’fuq), l-Arċipriet flimkien mal-helpers jagħmel l-ewwel Ġabra għall-Festa. Is-sena li għaddiet għall-Festa ħallasna xejn inqas minn €1,144.03 għall-Assikurazzjoni fuq in-Nar, € 25 għad-dikjarazzjoni tal-Perit fuq l-armar estern, €600 fuq 6 arloġġi/meters tad-dawl, €43.70 f’konsum ta’ dawl fuq barra, € 1,090.14 fi ħlasijiet ta’ Pulizija (extra duty), €234.10 għall-Permessi u € 351.84 għal stand by Fire Engine, €740 għall-armar bid-dawl tal-piramidi tal-kampnari u l-koppla, €673.75 Led bulbs ġodda għall-frontispizju tal-Knisja u ċ-ċinta minn ġewwa, €125.43 printing ta’ programmi u flyers, u €60 kera ta’ Generator stand by għall-eventwalita’ ta’ qtugħ ta’ dawl. Dawn huma kollha flus (total ta’ € 5,087.99 fi ħlasijiet li ma jidhrux) li jridu joħorġu u nkunu għadna lanqas biss bdejna l-festa! Ikun baqa l-ispiża tal-Baned, l-Orkestra u s-servizzi liturġiċi (ftit inqas minn €8,000 oħra). Is-sena li għaddiet fl-ewwel ġabra inġabret is-somma ta’ € 2,610.20. Jekk irridu nibqgħu nagħmlu festa sabiħa lil Santa Marija irridu nkunu ftit iżjed ġenerużi, altrimenti jkollna nnaqqsu mill-festa. Inħeġġiġkom tkunu ġenerużi!

‘TALBA FI NŻUL IX-XEMX’ FID-DWEJRA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju fit-7.30p.m. iż-Żgħażagħ tal-Parroċċa huma mistiedna jkunu fil-Pjazza (fejn iċ-Ċentru) biex nitilqu bil-Minibus lejn id-Dwejra għal ‘Talba fi nżul ix-xemx’ immexxija mill-Arċ. D.Reuben Micallef. Din hija l-aħħar laqgħa qabel il-BBQ tal-aħħar fix-Xwejni fl-1 ta’ Ġunju. Inħeġġuhom biex jattendu.

LAQGĦA TAL-ABBATINI
Is-Sibt 26 ta’ Mejju fis-6.00p.m., issir s-solita laqgħa għall-Abbatini kollha fiċ-Ċentru ‘mmexxija mis-Sem Gabriel Vella. L-Abbatini kollha huma mħeġġa jattendu.

ADORAZZJONI U QUDDIESA MILL-ISPIGOLATRICI DELLA CHIESA.
Is-Sibt 26 ta’ Ġunju, il-Quddiesa tas-7.00p.m. ser tkun animata mill-Grupp Spigolatrici della Chiesa. Qabel il-Quddiesa, jiġifieri fis-6.00p.m. l-istess Grupp se jorganizza Siegħa Adorazzjoni li fiha jsir talb speċjali għall-Erwieh ikkonsagrati.

BBQ TAC-CHAMPIONS LEAGUE B’RISQ IL-PAVALJUNI L-ĠODDA
Is-Sibt 26 ta’ Mejju, fit-8.00p.m. fil-Każin tal-Banda, is-Sezzjoni Armar fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija ser torganizza BBQ fil-Każin tal-Banda fl-okkażjoni tal-finali taċ-Champions League li se jintwera fuq big screen, b’risq il-pavaljuni l-ġodda li qed jinħietu għad-dawra tal-purċissjoni. Prezz €12 għall-kbar u € 7 għaż-żgħar.

SOLENNITA’ TAT-TRINITA’ QADDISA
Il-Ħadd 27 ta’ Mejju, niċċelebraw is-Solennita’ tat-Trinita’ Qaddisa. Nitolbu lil Alla l-Missier, Alla l-Iben u Alla l-Ispirtu s-Santu – l-Persuni tat-Trinita’ Qaddisa, biex bħala Nsara nkomplu nikbru fl-imħabba tagħna lejn dan il-misteru u biex inkunu għamara denja u disposta dejjem biex tgħammar fiha l-preżenza divina tat-Trinita’ li timliena bil-Qdusija.

INAWGURAZZJONI VOLUNTARY HUB U KLASSI GHAT-TAGHLIM
Is-Soċ. Filar.Santa Marija tavża li nhar il-Hadd 27 ta' Mejju fin-12:30p.m. ser jiġi inawgurat l-Voluntary Hub/Klassi tat-taghlim mis-Segretarju Parlamentari Hon. Clifton Grima. Kulħadd huwa mistieden jattendi. Wara jkollna bibita żgħira.

APPUNTAMENTI GĦAT-TFAL TAL-PREĊETT/U L-ĠENITURI
* Nhar it-Tnejn 28 ta’ Mejju, fis-6.00p.m. fis-Sala taċ-Ċentru ser issir Laqgħa importantissima għat-Tfal kollha tal-Preċett, flimkien mal-Ġenituri tagħhom.
* Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju, fil-5.30p.m. fil-Knisja ser issir il-prova ġenerali taċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina.
* Nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju, ser jinżamm l-Irtir bi tħejjija għall-Ewwel Tqarbina. Nibdew fid-9.00a.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali u nispiċċaw fil-11.45am fil-Knisja.
* Nhar il-Ħadd 3 ta’ Ġunju imbgħad fl-okkażjoni tal-Festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu issir l-EWWEL TQARBINA fil-Quddiesa li dak inhar tkun fl-4.00p.m.

PROVI GĦALL-MEMBRI TAL-KORIJIET
Nhar it-Tnejn 28 ta’ Mejju fis-7.30p.m. ser issir prova oħra għall-membri tal-Kor Santa Marija u għall-membri tal-Kor Regina Angelorum flimkien fil-Knisja.

LAQGĦA GĦAN-NISA KOLLHA
It-Tlieta 29 ta’ Mejju fid-9.30a.m. fiċ-Ċentru ser tiġi organizzata Laqgħa oħra għan-Nisa. Kelliema: Fr Alex Cauchi (Direttur tal-Moviment Ġesu’ fil-Proxxmu) u Anthony Attard (Leġjunarju). Inħeġġu lil dakw li jkunu jistgħu biex jattendu.

TIFKIRA TA’ EDEL QUINN MILL-LEĠJUNARJI TA’ MARIJA
Nhar it-Tlieta 29 ta’ Mejju, fil-Quddiesa tas-7.00p.m., il-Leġunarji ta’ Marija tal-Parroċċa tagħna ser ifakkru lil Edel Quinn, waħda mill-fundaturi tal-Leġjun ta’ Marija.

NIĊĊELEBRAW IL-ĦAMES ERBGĦA TA’ SANTA MARIJA
Il-Erbgħa 30 ta’ Mejju, nkomplu bl-Erbgħat ta’ Sta Marija. Fis-6.30p.m. Rużarju u Kurunella u Barka Sagramentali. Fis-7.00p.m. tibda Konċelebrazjoni mmexxija minn Fr Norbert Bonavia Mssp bis-sehem tal-Kor ‘Santa Marija’. Qed issir sejħa speċjali lit-Tfal kollha tal-Parroċċa biex f’din l-okkażjoni jġibu magħhom xi fjuri/xemgħa biex joffruhom lil S.Marija waqt l-offertorju. Tingħata l-5 sticker lit-Tfal.

ĊELEBRAZZJONI MARJANA U GĦELUQ TAS-SENA KATEKETIKA
Il-Ħamis 31 ta’ Mejju, fis-6.00p.m. it-Tfal kollha tad-Duttrina huma mitluba jinġabru fil-Museum għall-Purċissjoni bi statwa żgħira tal-Madonna lejn il-Knisja fejn imbgħad nieħdu sehem f’Ċelebrazzjoni Marjana qasira u t-talba tar-Rużarju. B’din iċ-ċelebrazzjoni tiġi fi tmiema s-sena tad-duttrina taż-żgħar. Il-ġenituri huma mistiedna.

AVVIŻ MIS-SOĊJETA’ MISSJUNARJA TA’ SAN PAWL
Min ghandu xi suf li beda jaħdmu u ma’ kompliex jew xi suf li m’għandux bżonnu, l-Patrijiet ta’ Dar Stella Maris qed jiġbruh biex jagħtuh ‘l min jaħdmu ħalli jibgħatuh l-Peru fejn hemm Fr. Victor u Fr. Giovanni.

WINE & PIZZA B’RISQ IS-SEMINARJU MINURI
Il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju, fis-7.00p.m. ‘l quddiem, is-Seminarju Minuri se jorganizza Wine & Pizza fil-bitħa tas-Seminarju. Din l-attivita’ b’risq l-iskola tas-Seminarju Minuri se ssir fil-bitħa tas-Seminarju. Biljetti mill-Parroċċa u mis-Seminarju. NB: L-Għaqda tan-Nar tixtieq tavża li nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju ser torganizza ġita għan-nar tal-festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq. Tluq mill-Pjazza fl-4.00p.m.

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA’
* Nifirħu lil Kevin Xuereb (Ix-Xagħra) u Rose Marie Theuma (Iż-Żebbuġ) li s-Sibt 19 ta’ Mejju ingħaqdu flimkien bis-Sagrament taż-Żwieġ, fil-Knisja Parrokkjali tagħna.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa