ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
13 May 2018
  APLIKAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA
Id-delegat tal-Isqof għall-Iskejjel tal-Knisja javża li se jiftħu l-aplikazzjonijiet għad-dħul ta’ studenti fi skejjel tal-knisja għal Year 2,4,5,6 fis-sena 2018. L-Applikanti huma mitluba jirrikorru l-Kurja tal-Isqof nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju bejn it-8.00a.m. u s-1.00p.m. Huma mitluba jġibu magħhom ċertifikat tat-twelid.

TIBDA N-NOVENA TAL-ISPIRTU S-SANTU
Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju nagħtu bidu għan-Novena tal-Ispirtu s-Santu bi tħejjija għall-Festa ta’ Pentecoste. Isir ħsieb kulljum qabel il-Barka Sagramentali.

Il-GIMGHA: HIGH TEA B’RISQ IT-TAGĦLIM TAL-MUŻIKA
Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tixtieq tavża li nhar il-Gimgha 11 ta' Mejju fit-7.45p.m. ser jigi organizzat High Tea fil-Kazin. Inħeġġukom tattendu.

ĦARĠA GĦALL-GRUPPI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-ADOLOXXENTI
Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju ser issir ħarġa għall-Gruppi taż-Żgħażagħ u l-Adoloxxenti. Nitilqu bil-Minibus fis-7.30p.m. u niġu lura għall-ħabta tad-9.30p.m.

PROVI GĦALL-MEMBRI TAL-KORIJIET
Nhar is-Sibt 12 ta’ Mejju fit-3.00p.m. issir prova oħra għall-membri tal-Kor Regina Angelorum filwaqt li t-Tnejn 15 ta’ Mejju fis-7.30p.m. ser issir prova għall-membri tal-Kor Santa Marija fil-Knisja. Inħeġġu l-membri kollha biex jattendu.

BAKE SALE B’RISQ IL-GENERATOR IL-ĠDID GĦALL-KNISJA
Infakkrukom fil-Bake Sale li se jsir f’dan il-Weekend is-Sibt 12 u Ħadd 13 ta’ Mejju fuq iz-Zuntier tal-Knisja u fiċ-Ċentru Parrokkjali. Issibu cakes, pasti, coconut balls, doughnuts... eċċ. Grazzi lil min diġa offra oġġetti jew flus għal dan il-għan. Issibu wkoll xi rigali żgħar għal Jum l-Omm. Inħeġġukom ħafna tiġu tixtru bi prezzijiet speċjali u tkunu tgħinuna niġbru li fadal għall-Generator.

FESTA ‘MARIJA KEWKBA TAL-BAĦAR’ F’DAR STELLA MARIS:
Il-Sibt 12 ta’ Mejju, f’Dar Stella Maris se tiġi ccelebrata l-Festa tad-Dar ‘Marija Kewkba tal-Baħar’. Fis-6.00p.m. Ċelebrazzjoni Ewkaristika u wara naqsmu xi ħaġa flimkien. Kulħadd mistieden. Navzaw li l-Quddiesa tat-8.30p.m. mhux ser issir.

NIĊĊELEBRAW JUM L-OMM
F’dan il-Ħadd 13 ta’ Mejju, niċċelebraw Jum l-Omm. Filwaqt li nawguraw lil ommijiet kollha, f’din l-okkażjoni speċjali jixraq li nuruhom l-apprezzament tagħna għal dak kollu li jagħmlu magħna. Illum nitolbu għalihom aktar mis-soltu. Niftakru wkoll f’dawk li m’għadhomx magħna. Għaldaqstant iċ-Ċimiterju tal-Parroċċa se jkun miftuħ is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Mejju mit-8.00a.m. sat-8.00p.m. għal din l-okkażjoni.

QUDDIESA FIL-KAPPELLA TAĊ-ĊIMITERJU F’JUM L-OMM
Il-Kumitat tas-Soċ. Fil. S. Marija jixtieq javża li fl-okkażjoni tal-festa ta’ Jum l-Omm ser jorganizza Quddiesa f’dan il-Ħadd (13 ta’ Mejju) fl-10.00a.m. fil-Kappella taċ-Ċimiterju. Tingħata tifkira tal-okkażjoni lil ommijiet preżenti. Għaldaqstant illum il-Quddiesa tal-10.00am fil-Knisja ma ssirx.

TIFKIRA TRASFERITA TAL-EWWEL DEHRA TAL-MADONNA F’ FATIMA
It-Tnejn 14 ta’ Mejju jaħbat il-101 anniversarju minn meta Sidtna Marija dehret għall-ewwel darba ġewwa Fatima fil-Portugall, lil tlett rgħajja ċkejkna, Franġisku, Ġiaċinta u Luċija. Nitolbu lil Madonna għall-Paċi fid-Dinja u għall-għaqda fil-Familji tagħna. Il-ġranet l-oħra tad-dehriet huma it-13 ta’ Ġunju, it-13 ta’ Lulju, l-20 t’Awwissu, it-13 ta’ Settembru u t-13 t’Ottubru.

QRAR U TQARBIN TAL-MORDA U L-ANZJANI
Nhar it-Tnejn 14 ta’ Mejju filgħodu l-Arċipriet ser iżur lill-Morda u l-Anzjani tas-soltu biex iqararhom u jwasslilhom it-Tqarbin imqaddes fi djarhom.

IL-LAQGĦA TAL-LECTIO DIVINA
Infakkru li nhar it-Tlieta 15 ta’ Mejju, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija, i.e. għas-7.30p.m. fil-Knisja inkomplu bil-laqgħat tal-Lectio Dvina.

NIĊĊELEBRAW IT-TIELET ERBGĦA TA’ SANTA MARIJA
Il-Erbgħa 16 ta’ Mejju, nkomplu bl-Erbgħat ta’ Sta Marija. Fis-6.30p.m. Rużarju u Kurunella u Barka Sagramentali. Fis-7.00p.m. tibda Konċelebrazjoni mmexxija minn Fr Joe Borg Mssp bis-sehem tal-Kor ‘Santa Marija’. Qed issir sejħa speċjali lit-Tfal kollha tal-Parroċċa biex f’din l-okkażjoni jġibu magħhom xi fjuri/xemgħa biex joffruhom lil S.Marija waqt l-offertorju. Tingħata t-3 sticker lit-Tfal.

FILM GĦALL-ADOLOXXENTI
L-Erbgħa 16 ta’ Mejju fit-7.45p.m. ser niltaqgħu ċ-Ċentru biex inkomplu naraw il-film flimkien. Inħeġġu l-membri biex jattendu. Nispiċċaw għall-ħabta tad-9.00p.m.

81 SENA MILL-MEWT TAL-QADDEJ T’ALLA FRA BASKAL FARRUGIA
Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju jaħbat il-81 anniversarju mill-mewt tal-kumpajżan tagħna Fra Baskal Farruġia Kapuċċin. Ser norganizzaw pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fir-Rabat fejn ser niċċelebraw Quddiesa fil-Kripta fejn hemm il-fdalijiet ta’ Fra Baskal u wara jkollna dawra żgħira mal-Kunvent. Nitilqu mill-Pjazza fl-10.00a.m. u niġu lura għall-11.30a.m. Dawk interessati jmorru huma mitluba jikkuntattjaw lill-Arċipriet sal-Erbgħa 16 ta’ Mejju.

AVVIŻ MILL-KUMITAT TAL-GOZO CLAY TARGET ASSOCIATION
Ser issir sparatura tat-timijiet fuq 50 plattina u oħra ta’ bil-lejl individwali bejn il-ġimgħa 18 u l-Ħadd 20 ta’ Mejju. Din il-kompetizzjoni hija parti mill-Gozo Sports Festival li qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Gozo Sports Board.

DONAZZJONI GĦALL-BULETTIN
Infakkru li l-Voluntiera li ta’ kull ġimgħa jqassmu l-Bulettin u materjal ieħor ta’ diversi organizzazzjonijiet mingħajr l-ebda ħlas (anzi b’ħafna sagrifiċċji personali) ser jiġbru € 3 minn kull familja biex inkopru ftit mill-ispejjeż kbar tal-istampar tal-bulettini u materjal ieħor. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-koperazzjoni tagħkom!

LOTTERIJA B’RISQ L-iSKY CONCERT TA’ LEJLIET IL-FESTA
Ma’ din il-ħarġa tal-Bulettin l-Għaqda tan-Nar qed tqassam pakkett b’10 biljetti ta’ Lotterija li tikkonsisti fi 3 premijiet (2 flixkien wiskey, Wiskey u Pizza u 3 Pizza) b’risq l-ispettaklu tal-Logħob tal-Arjru ta’ lejlet il-Festa. Jinġabru il-Ħadd 20 ta’ Mejju u jiswew € 3. Inħeġġukom tgħinu mill-aħjar li tistgħu.

RINGRAZZJAMENT MILL-‘LITTLE SISTERS OF THE POOR’
Is-Sorijiet tal-‘Little Sisters of the Poor’ jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li tawhom xi offerta is-Sibt u l-Ħadd li għaddew. Ġabru s-somma sabiħa ta’ €1,128

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa