ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
BULETTIN TAL-ĠIMGĦA
03 ta' Settembru 2017
  L-1 TA’ SETTEMBRU: JUM TA’ TALB GĦALL-ĦARSIEN TAL-ĦOLQIEN
Il-Papa Franġisku sentejn ilu iddikkjara li l-1 ta’ Settembru ta’ kull sena jkun iddedidikat mill-Knisja għall-kuxjenza u talb għall-ħarsien tal-Ħolqien u l-Ambejnt. Nilqgħu din l-istedina tal-Papa biex inkunu iżjed attenti għall-ġmiel tal-Ħolqien ta’ madwarna li hu rigal kbir ta’ Alla lilna l-bnedmin u nibżgħu aktar għalih.

L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR
Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Settembru, hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00a.m. issir Quddiesa u wara tinżamm l-Adorazzjoni sas-7.00p.m. Mis-2.00p.m. sat-3.00p.m. issir is-Siegħa tal-Ħniena Divina. Insibu ftit ħin għal Ġesu u nħarsu dan il-Jum għażiż b’Quddiesa u Tqarbina. It-Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani jsir kollu filgħodu.

ATTIVITA’ DIVERTENTI GĦALL-ABBATINI TAGĦNA
Nhar is-Sibt 2 ta’ Settembru l-Grupp tal-Abbatini tagħna ser imur r-Ramla għal għawna u ikla flimkien f’Nofsinhar bħala ringrazzjament tal-impenn tagħhom fil-Kwindiċina u l-Festa. Nitilqu mill-Pjazza fid-9.00a.m. u niġu lura għall-ħabta tas-1.00p.m. Il-grupp ikun akkumpanjat mill-Arċipriet, Dun Joseph Attard mis-Sem Gabriel Vella.

AKTAR SERVIZZI FIL-FESTI MILL-BANDA TAGHNA
Il-Banda Santa Marija ser tkun qed tesegwixxi tlett servizzi oħra f’temp ta’ ġimgħa. Nibdew bis-servizz fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu ġewwa x-Xlendi nhar s-Sibt 2 ta’ Settembru fit-8.00pm, imbad marċ tad-dimostrazzjoni ġewwa x-Xagħra nhar il-Erbgħa 6 ta’ Settembru fid-9.30pm; u mbgħad nakkumpanjaw lil-Madonna tal-Għażżiel b’marċi proċessjonali nhar il-Ħadd 10 ta’ Settembru. Min hawn nappellaw lil bandisti tagħna biex jattendu għal dawn is-servizzi. Ikun offrut transport b'xejn lil kulhadd.

AVVIŻ MILL-GĦAQDA TAN-NAR
Il-Ħadd 3 ta’ Settembru, l-membri tal-Għaqda tan-Nar se jagħmlu l-ġabra bieb bieb, flok l-aħħar Ħadd tax-xahar t’Awwissu peress li ma saritx, għall-ispejjeż tal-logħob tan-nar għall-Festa tas-sena d-dieħla.

PIZZA GĦALL-MEMBRI TAL-KOR ‘SANTA MARIJA’
Nhar it-Tnejn 4 ta’ Settembru fis-7.30p.m., il-Membri tal-Kor Santa Marija huma mistiedna għal Pizza flimkien bħala ringrazzjament għas-sehem impenjattiv u volontarju tagħhom f’dawn il-festi.

DAWRA BIL-LANĊA MA’ KEMMUNA U GĦAWMA FIL-BLUE LAGOON
Nhar il-Ħamis 7 ta’ Settembru, l-Grupp Voluntiera tal-Knisja ser jorganizza dawra bil-lanċa ma’ Kemmuna u għawma fil-Blue Lagoon għal kulħadd. Tluq mill-Pjazza fil-5.00p.m u lura għat-8.30p.m. Ser ikun hemm ħin (madwar siegħa u nofs ċans għal min irid jinżel jgħum fil-Blue Lagoon filwaqt li min jixtieq jitniżżel l-art għal ħin ta’ mistrieħ). Prezz €13 għall-kbar u €8 għaż-Żgħar li jinkludi x-xarabank, il-lanċa u packed lunch (2 panini u flixkun ilma). It-tfal (taħt Form 1) iridu ikunu akkumpanjati minn aduti. Numru limitat. Din l-attivita’ qiegħda ssir b’risq s-CCTV Cameras u l-Alarm tal-Knisja.

FESTA TAT-TWELID TA’ MARIJA BAMBINA – ‘IL-VITORJA’
Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tat-Twelid ta’ Marija – il-Bambina, u l-festa nazzjonali tal-Vitorja. Għalina bħala poplu ta’ Malta u Għawdex din il-festa għanda sinifikat doppju għax propju fl-okkażjoni ta’ din il-festa, u bl-interċessjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija, missirijietna ħelsu mil-għadu mislem li kien ta’ theddida mhux biss għall-pajjiżna imma wkoll għall-kumplament tal-Ewropa. Illum nitolbu l-ħarsien ta’ Ommna Marija li kif tul l-istorja ta’ pajjiżna daħlet għalina u ħelisitna mill-hemm u l-għali, hekk ukoll illum teħlisna mill-ħażen u t-theddid għall-fidi tagħna. Il-Quddies illum ikun fil-5.30a.m., fis-7.00p.m., fil-11.00a.m u ta’ fil-għaxija fl-4.30p.m.

FESTA TAL-MADONNA TAL-GĦAŻŻIEL
Nhar il-Ħadd 10 ta’ Settembru ser niċċelebraw fil-Parroċċa tagħna il-Festa tal-Madonna tal-Għażżiel. Il-Quddiesa Solenni, bis-sehma tal-Kor ‘Santa Marija’ ser titmexxa minn Mons Lawrenz Sciberras (Ta’ Sannat) u tibda fl-4.30p.m. u wara jkollna t-Tberik tal-Għażżiel u l-Purċissjoni li tkun akkumpanjata mill-Banda Santa Marija. Wara jsir il-bews tar-Relikwija tal-Madonna u jitqassam il-Għażżiel. Inkomplu niċċelebraw din il-Festa sabiħa li għaddewlna missirijietna sa minn żminijiet imbiegħda ħalli kif Ommna Marija ħarsithom minn kull periklu kemm tar-ruħ u kemm tal-ġisem, aħna wkoll ikollna l-protezzjoni tagħha f’ħajjitna kollha.

IL-MOBILE DENTAL CLINIC FIŻ-ŻEBBUĠ
Il-Fakulta’ tad-Dentistrija tal-Universita’ ta’ Malta qed torganizza numru ta’ attivitajiet f’Għawdex fejn il-Mobile Dental Unit qed iżżur diversi rħula fix-xahar ta’ Settembru 2017. Il-Mobile Dental Unit joffri eżami tal-ħalq u s-snien kif ukoll informazzjoni u pariri dwar is-saħħa tal-ħalq u s-saħħa inġenerali. Dan is-servizz qiegħed jiġi offrut lill-pubbliku b’xejn fil-lokalita’ taż-Żebbuġ nhar it-Tnejn 11 ta’ Settembru ħdejn il-Knisja Parrokkjali bejn id-9.00a.m u Nofsinhar. Titilfux din l-opportunita’ unika!

ID-DVD’S TAL-PRIMA MESSA TA’ DUN JOSEPH ATTARD
Infakkru li waslulna d-dvd’s tal-Prima Messa ta’ Dun Joseph Attard. Dawk li kienu ordnawhom jistgħu jidħlu jiġbruhom mis-Sagrestija għall-prezz ta’ €13. Il-qliegħ żgħir minn dawn id-dvd’s se jmur għas-sistema tal-Alarms u s-CCTV Cameras tal-Knisja.

RENDIKONT TAL-FESTA U RIŻOLUZZJONIJIET DWAR IL-FESTA
Ma’ din il-ħarġa tal-Bulettin qed jitqassmilkom ir-rendikont dettalljat tad-dħul u l-ħruġ kollu relatat mal-festa ta’ din is-sena kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet li ġew meħuda fil-Laqgħa ta’ evalwazzjoni ta’ wara l-festa li saret it-Tnejn 28 t’Awwissu, stampata fuq in-naħħa ta’ wara tal-istess karta.

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA’
* Il-Ħamis 3 t’Awwissu, l-Mulej għoġbu jsejjah lil Ġużepp Vella għall-ħajja ta’ dejjem. u il-Ġimgħa 4 t’Awwissu, l-Mulej għoġbu jsejjah lil Ġiaċinta Calleja għall-ħajja ta’ dejjem. Filwaqt li nagħtu l-għomor lill-familjari tagħhom, nibqgħu niftakru fihom fit-talb tagħna. Il-familjari jirringrazzjaw lil dawk kollha li wrew sogħba magħhom għat-telfa li ġarrbu.
Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħ fis-sliem.
* Nifirħu lil Anthony u Nicola’ Portelli fl-okkażjoni tal-Magħmudija ta’ binthom MAYA, li saret nhar il-Ħadd 13 t’Awwissu fil-Knisja Parrokkjali tagħna u nilqugħa bħala membru ġdid fil-komunita’ nisranija.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa