ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
07 May 2017
  L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR
Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju, hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00a.m. issir Quddiesa u wara tinżamm l-Adorazzjoni sas-7.00p.m. Inħarsu dan il-jum b’Quddiesa u Tqarbina. It-Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani tas-soltu jsir filgħodu.

PROVI MPORTANTI TAL-KANT GĦALL-MEMBRI TAL-KORIJIET
Il-Sibt 6 ta’ Mejju, fl-4.00p.m., fil-Knisja ser issir prova importanti għall-membri tal-Kor Regina Angelorum u t-Tnejn 8 ta’ Mejju fis-7.30p.m fil-Knisja wkoll issir prova għall-membri tal-Kor Santa Marija bi tħejjija għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Preċett.

FESTA ‘MARIJA KEWKBA TAL-BAĦAR’ F’DAR STELLA MARIS
Nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju, f’Dar Stella Maris se tiġi ċċelebrata l-Festa tad-Dar ‘Marija Kewkba tal-Baħar’ Fis-6.00p.m. se jkun hemm Ċelebrazzjoni Ewkaristika u wara naqsmu xi ħaġa flimkien. Kulħadd huwa mistieden.

JUM IL-VOKAZZJONIJIET
F’dan il-Ħadd 7 ta’ Mejju, niċċelebraw Jum il-Vokazzjonijiet. F’din l-okkażjoni nitolbu għal-aktar vokazzjonijiet. Illum niftakru u nitolbu wkoll b’mod speċjali għas-Seminaristi tad-Djoċesi t’Għawdex u għall-Abbatini tagħna, biex jekk il-Mulej jgħoġbu jsejjah lil xi wħud minnhom għall-warajh, jgħarfu jwieġbu b’ġenerożita’ għas-sejħa tiegħu.

AVVIŻ MILL-GĦAQDA TAN-NAR
Il-Ħadd 7 ta’ Mejju filgħodu, l-membri tal-Għaqda tan-Nar jagħmlu l-ġabra bieb bieb, flok l-aħħar Ħadd tax-xahar li għadda għall-ispejjeż tal-logħob tan-nar għall-Festa 2017. Issa li l-Festa qed toqrob ġmielha, nappellaw għal donazzjonijiet aktar ġenerużi.

SUNDAY-FUNDAY B’RISQ IL-MISSJONI FIL-GWATEMALA
Nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vokazzjonijiet, minn Nofsinhar sat-8.00p.m. f’Ta’ Mena Estate, s-Seminaristi ser jorganizzaw Sunday-Funday, attivita’ divertenti għall-familja kollha li tinkludi logħob għall-kulħadd, live-entertainment, kant bouncing castles, ikel u xorb bħala fund-raising ’risq l-esperjenza missjunarja li se jagħmlu f’aħħar ta’ Ġunju fil-Gwatemala. Dħul b’xejn. Kulħadd huwa mistieden.

FESTA TAL-MADONNA TA’ POMPEJ
Nhar It-Tnejn 8 ta’ Mejju tiġi ‘ċċelebrata l-Festa tal-Madonna ta’ Pompej. Għaldaqstant fl-10.00a.m. fil-Knisja Parrokkjali ser issir Quddiesa u fi tmiemha tingħad is-Supplika tal-Madonna. Isir it-tberik tal-fjuri fuq l-artal tal-Madonna ta’ Pompej.

APPELL GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM
Nhar it-Tlieta 9 ta’ Mejju d-dipartiment tal-Out patients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser ikun miftuħ mis-1.00p.m. sal-5.00p.m. għal min jista jagħti d-demm. Dawk li beħsiebhom jilqgħu dan l-appell hum mitluba jieħdu magħhom l-ID card.

NIĊĊELEBRAW IT-TIFKIRA TA' SAN ĠORĠ PRECA
Il-festa ta’ San Ġorġ Preca, il-Qaddis Malti fundatur tal-Museum se tiġi mfakkra nhar it-Tlieta 9 ta' Mejju fil-Knisja Parrokkjali, fil-Quddiesa tas-7.00.p.m li se tkun animata mis-Soċji tal-Museum. Kulħadd mistieden b’mod speċjali it-Tfal kollha tad-Duttrina flimkien mal-Ġenituri tagħhom.

NIĊĊELEBRAW IT-TIENI ERBGĦA TA’ SANTA MARIJA
Il-Erbgħa 10 ta’ Mejju, nkomplu bl-Erbgħat ta’ Sta Marija. Fis-6.30p.m. Rużarju u Kurunella u Barka Sagramentali. Fis-7.00p.m. tibda Konċelebrazjoni mmexxija minn Fr Geoffrey G. Attard bis-sehem tal-Kor ‘Santa Marija’. Qed issir sejħa speċjali lit-Tfal kollha tal-Parroċċa biex f’din l-okkażjoni jġibu magħhom xi fjuri/xemgħa biex joffruhom lil S.Marija waqt l-offertorju. Tingħata t-2 sticker lit-Tfal.

Il-GIMGHA: COFFEE MORNING B’RISQ IT-TAGĦLIM TAL-MUŻIKA
Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tixtieq tavża li nhar il-Gimgha 12 ta' Mejju fid-9:00a.m. ser jigi organizzat Coffee Morning fil-Kazin. Filwaqt li nħeġġukom tattendu biex inqattgħu ftit ħin ta’ divertiment flimkien, intom tkunu qed tgħinuna nkomplu bil-ħidma tagħna iddedikata lit-tagħlim u s-servizzi tal-mużika lir-raħal tagħna. Grazzi lkoll u niltaqghu!

ĊELEBRAZZJONI TAL-EWWEL QRARA
Nhar it-Ġimgħa 12 ta’ Mejju fil-5.30p.m. fil-Knisja ser issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Qrara lil 13 il-tifel u tifla li aktar tard ix-xahar id-dieħel ser jirċievu lil Ġesu’ Ewkaristija għall-ewwel darba. Apparti l-familjari u l-qraba ta’ dawn it-tfal kulħadd huwa mistieden għal din iċ-Ċelebrazzjoni festiva u speċjali. Infakkru lill-ġenituri biex iġibu magħhom il-libsa tal-preċett ta’ wliedhom b’isem it-tfal fuqhom fuq karta. N.B. Navżaw li l-Ħamis 11 ta’ Mejju it-Tfal tal-Year 3 m’għandhomx duttrina.

IL-ĠIMGĦA LAQGĦA DJOĊESANA GĦAT-TFAL MINN YEAR 4 SA YEAR 6
Il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju fil-5.30p.m. ser issir laqgħa djoċesana għat-Tfal kollha tad-Duttrina t’Għawdex minn Years 4 sa Year 6 fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra immexxija minn Mons Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna ta’ Fatima. It-Tfal huma mitluba jġibu magħhom xi nappies jew ikel tat-trabi biex jingħataw lill-Caritas t’Għawdex għall-familji fil-bżonn. Nitilqu bil-Minibus mill-Pjazza fil-5.00p.m. Ikunu akkumpanjati mill-Katekisti Soċji tal-Museum. Jiġu lura għall-ħabta tas-7.00p.m.

APPUNTAMENTI/LAQGĦAT OĦRA IMPORTANTI MATUL DIL-ĠIMGĦA:
It-Tnejn 8 ta’ Mejju, fis-6.00p.m. fiċ-Ċentru: Azzjoni Kattolika.
It-Tlieta 9 ta’ Mejju fis-7.30p.m fil-Knisja: Laqgħa tal-Lectio Divina.
L-Erbgħa 10 ta’ Mejju fit-7.00p.m. fil-Knisja: Quddiesa tat-Tfal.
Il-Ħamis 11 ta’ Mejju fis-7.25p.m. Adorazzjoni fil-Knisja.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju fit-8.00p.m. Laqgħa taż-Żgħażagħ fiċ-Ċentru.

TMIEM IT-TBERIK TAL-GĦID FIL-FAMILJI TAGĦNA
It-Tnejn 8 ta’ Mejju nkomplu bit-Tberik tal-Familji, mit-3.00p.m. ‘il-quddiem. Inħeġġu biex il-familja kollha tkun miġbura flimkien, ħalli nitolbu u nitkellmu ftit ma xulxin. Il-programm ta’ din il-ġimgħa se jkun hekk:
It-Tnejn: It-tieni parti ta’ Triq Għajn Mhelhel (minn Vitor u Ġuża Agius sa Pawlu ................u Tonina Vella) u Triq tal-Konti.
It-Tlieta : Il-kumplament ta’ Triq Għajn Mhelhel.
Il-Ħamis : Żona tax-Xwejni u l-Qbajjar F’każ ta’ xi funeral, it-Tberik ta’ dik il-ġurnata li fiha jsir il-funeral, isir is-Sibt.

PELLEGRINAĠĠ GĦALL-LOURDES
Bejn l-14 u l-20 ta’ Lulju 2017, il-Kan Dun Noel Saliba ser imexxi pellegrinaġġ għall-Lourdes. Dawk interessati huma miltuba jikkuntattjawh fil-jiem li ġejjin.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa