ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
30 April 2017
  LAQGĦA DJOĊESANA GĦALL-GRESIMANDI KOLLHA F’SAN LAWRENZ
Il-Ġimgħa 28 t’April fil-5.30p.m. ser issir laqgħa djoċesana għall-Gresimandi kollha t’Għawdex fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz immexxija minn Mons Isqof Mario Grech. L-istudenti huma mitluba jġibu magħhom xi bottijiet tal-preserve biex jingħataw lill-Caritas t’Għawdex għall-familji fil-bżonn. Nitilqu bil-Minibus mill-Pjazza fil-5.10p.m. Ikunu akkumpanjati mill-Arċipriet u mill-Katekista.

L-AĦĦAR PROVA GĦALL-KUNGRESS TAX-XIRKA GĦAT-TFAL TAD-DUTTRINA
Il-Ġimgħa 28 t’April fis-6.00p.m. fil-Knisja ser issr l-aħħar prova tal-item li se jippreżentaw it-Tfal tad-Duttrina waqt il-Kungress. Importanti li jattendi kulħadd.

ĊELEBRAZZJONI TAT-329 SENA MIT-TWAQQIF TAL-PARROĊĊA
Nhar il-Ġimgħa 28 t’April, fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żebbuġ ser issir Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr immexxija mill-Arċipriet flimkien mas-Saċerdoti tal-Parroċċa li ser tibda fis-7.00p.m. fil-Knisja Parrokkjali, fl-okkażjoni tal-329 Anniversarju minn meta l-Isqof ta’ Malta ta’ dak iż-żmien Fra Davide Cocco Palmieri fl-1688 waqqaf uffiċċjalment il-Parroċċa tagħna (flimkien mal-Parroċċi ta’ Sannat, ix-Xagħra u n-Nadur) u ħatar lil Dun Franġisk Vella bħala l-ewwel Kappillan tagħha. Janima l-kant il-Kor ‘S Marija’. Fil-Quddies kollu nroddu Ħajr lil Alla tal-barkiet kbar li xerred fuq missirijeitna u fuqna tul dawn it-329 sena. Inħeġġukom tieħdu sehem f’din il-Quddiesa.

PROVI MPORTANTI TAL-KANT GĦALL-MEMBRI TAL-KORIJIET Is-Sibt 29 t’April, fit-3.30p.m. ser issir prova importanti ħafna għall-membri tal-Korijiet S. Marija u Regina Angelorum bi ħejjija għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Kungress tax-Xirka.

IL-PARROĊĊA TAGĦNA TMEXXI L-QUDDIESA FUQ TVM 2
Is-Sibt 29 t’April fis-6.30p.m. il-Parroċċa tagħna ser tmexxi l-Quddiesa minn Ta’ Pinu li tkun imxandra diretta fuq TVM 2, fl-okkażjoni tal-Kungress tax-Xirka. Janima l-kant il-Kor S. Marija. Ikun hemm xarabank li titlaq mill-Pjazza fis-6.00p.m.

ĊERIMONJA TA’ TIFKIRA F’JUM IŻ-ŻEBBUĠ
Il-Kunsill Lokali jixtieq ifakkar li nhar is-Sibt 29 t’April fit-8.00p.m. ser issir is-solita Ċerimonja ta’ Tifkira ta’ Jum iż-Żebbuġ, din is-sena fis-Sala ta’ Villa Fiorita f’Marsalforn. Isiru diskorsi kommemorattivi, preżentazzjonijiet u l-għoti tal-unur ‘Ġieh iż-Żebbuġ’. Wara jkun hemm riċeviment. Se ikun hemm trasport provdut mill-Pjazza l’Assunta li jitlaq fit-7.45p.m. Kulħadd mistieden.

APPELL GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM
Nhar il-Ħadd 30 t’April id-dipartiment tal-Out patients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser ikun miftuħ mit-8.00a.m. sas-1.00p.m. għal min jista jagħti d-demm Dawk li se jilqgħu dan l-appell huma mitluba jieħdu magħhom il-karta tal-identita’.

QUDDIESA FID-9.OOA.M. FLOK TAT-8.00A.M. IMXANDRA FUQ L-RTK
Nhar il-Ħadd 30 t’April, il-Quddiesa li soltu tkun fit-8.00a.m se toħroġ fid-9.00a.m. peress li ser tkun imxandra diretta fuq Radju RTK fl-okkażjoni tal-Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla. Ser titmexxa minn Mons Isqof Mario Grech u ser janimaw il-kant il-Korijiet tal-Parroċċa Santa Marija u Regina Angelorum.

JUM IL-54 KUNGRESS DJOĊESAN TAX-XIRKA
Fl-4.30p.m. ninġabru lkoll ħdejn il-Każin tal-Banda fi Triq il-Knisja biex nieħdu sehem fil-Korteo bl-Istatwa ta’ Kristu r-Ragħaj it-Tajjeb, għall-Knisja Parrokkjali fejn fil-5.15p.m. jibda l-Programm tal-Għeluq tal-54 Kungress Djoċesan tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla. Fil-Knisja imbgħad ikun hemm diskors ta’ merħba mill-Arċ. D.Reuben Micallef, kant mill-Korijiet ‘Santa Marija’ u ‘Regina Angelorum’, kelmtejn miċ-Chaplain tax-Xirka Patri J. Mallia Milanes O.P., rappreżentazzjoni koreografika immużikata ta’ Salm 8 imtellgħa mit-Tfal tad-Duttrina, Messaġġ minn Mons Isqof Mario Grech u għeluq bil-Barka Sagramentali.

HIKE FIL-KAMPANJA GĦALL-ADOLOXXENTI U ŻGĦAŻAGĦ
Nhar it-Tnejn l-1 ta’ Mejju ser jiġi organizzat Hike fil-kampanja għall-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ. Nitilqu mil-Pjazza fit-8.30a.m. u niġu wara Nofsinhar. Se nimxu mill-Qbajjar sal-bajja tad-Dwejra fejn nieqfu nieħdu . L-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ kollha huma mistiedna.

FESTA TA’ S. ĠUŻEPP ĦADDIEM U KORTEO BL-ISTATWA
Nhar it-Tnejn l-1 ta’ Mejju, niċċelebraw il-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Nitolbu għall-ħaddiema kollha, biex il-Mulej jagħtihom is-saħħa u jħarishom fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Nitolbu wkoll għal dawk li jinsabu bla xogħol. Wara l-Quddiesa tas-7.00p.m. ser isir il-Korteo qasir bl-istatwa devota ta’ San Ġużepp. Inħeġġu lid-devoti kollha u lill-ħaddiema biex jieħdu sehem.

NIĊĊELEBRAW L-EWWEL ERBGĦA TA’ SANTA MARIJA
Il-Erbgħa 3 ta’ Mejju, nagħtu bidu għall-Erbgħat ta’ Sta Marija. Fis-6.30p.m. Rużarju u Kurunella u Barka Sagramentali. Fis-7.00p.m. tibda l-Konċelebrazjoni mmexxija mill-Arċ. D. Reuben Micallef bis-sehem tal-Kor ‘Regina Angelorum’. Qed issir sejħa speċjali lit-Tfal kollha tal-Parroċċa biex f’din l-okkażjoni jġibu magħhom xi fjuri/xemgħa biex joffruhom lil S. Marija waqt l-offertorju. Jingħata poster sabiħ lit-Tfal kollha preżenti biex iwaħħlu l-istickers tal-Erbgħat kollha fuqu.

APPUNTAMENTI/LAQGĦAT OĦRA IMPORTANTI MATUL DIL-ĠIMGĦA:
It-Tnejn 1 ta’ Mejju, fis-6.00p.m. fiċ-Ċentru: Azzjoni Kattolika.
It-Tlieta 2 ta’ Mejju fis-7.30p.m fil-Knisja: Laqgħa tal-Lectio Divina.
L-Erbgħa 3 ta’ Mejju fit-7.00p.m. fil-Knisja: Quddiesa tat-Tfal.
Il-Ħamis 5 ta’ Mejju fis-7.25p.m. Adorazzjoni fil-Knisja.

IT-TBERIK TAL-GĦID FIL-FAMILJI TAGĦNA
It-Tlieta 2 ta’ Mejju nkomplu bit-Tberik tal-Familji, mit-3.00p.m. ‘il-quddiem. Inħeġġu biex il-familja kollha tkun miġbura flimkien, ħalli nitolbu u nitkellmu ftit ma xulxin. Il-programm ta’ din il-ġimgħa se jkun hekk:
It-Tnejn u l-Erbgħa: ma jsirx Tberik
It-Tlieta : Il-kumplament ta’ Triq Skapuċċina, Triq l-Oniċe u Triq San Mikiel.
Il-Ħamis : Triq is-Sagħtrija (nibdew mill-familja Calleja) u Triq il_Kaċċatiuri.
Il-Ġimgħa: L-ewwel parti ta’ Triq Għajn Mhelhel (minn naħħa t’isfel sa Damjan u Marija Zammit, inkluż is-Sqaq).

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA`
* Nifirħu lil Andrew u Sonia Saliba fl-okkażjoni tal-Magħmudija ta’ binhom FRANCESCO, li saret nhar is-Ħadd 23 t’April fil-Knisja Parrokkjali tagħna u nilqugħ bħala membru ġdid fil-komunita’ parrokkjali tagħna.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa