ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
23 April 2017
  PROVI MPORTANTI TAL-KANT GĦALL-MEMBRI TAL-KORIJIET
Il-Ġimgħa 21 u t-Tnejn 24 t’April, fis-7.30p.m. ser issiru provi importanti għall-membri tal-Korijiet S. Marija u Regina Angelorum bi ħejjija għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Kungress Djoċesan tax-Xirka tal_Isem Imqaddes t’Alla. Imbgħad il-membri tal-Kor Regina Angelorum se janimaw il-kant fil-Quddiesa tal-11a.m. tal-Ħadd 23 ta’ April.

LAQGĦA GĦALL-ABBATINI KOLLHA
Is-Sibt 22 t’April, fis-6.00p.m. laqgħa għall-Abbatini fiċ-Ċentru Parrokkjali.

WASLA TAL-ISTATWA TAR-RAGĦAJ IT-TAJJEB U FTUĦ TAL-KUNGRESS
Nhar is-Sibt 22 t’April fis-6.30p.m tasal fostna l-istatwa tar-Ragħaj it-Tajjeb ħdejn id-Dar Parrokkjali fi Triq il-Knisja. Nilqugħa lkoll flimkien u nakkumpanjawha f’ Korteo lejn il-Knisja Parrokkjali fejn fis-7.00p.m. tiġi iċċelebrata Quddiesa tat-2 Ħadd tal-Għid, bis-sehem tal-Kor Santa Marija u Regina Angelorum.

MAJJALATA TAL-GHID B'RISQ IL-FESTA
Is-Sezzjoni Zgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta’ Filar. Santa Marija, tfakkar li ser tkun qed torganizza s-solita Majjalata tal-Għid nhar is-Sibt 22 t'April fis-Sala prinċipali tal-Każin bis-sehem tal-kantant popolari Joe Demicoli. Prezz huwa ta' €15 il-Kbar u €10 iż-żgħar li jinkludi antipasto/buffet bi 3 tipi t'għaġin, majjal u deserta. Għal booking ċemplu jew ibgħatu sms fuq 99206655, 79555150 jew 99002544

FESTA TAL-ĦNIENA DIVINA
Il-Ħadd 23 ta’ April, il-Knisja Universali tiċċelebra l-Festa tal-Ħniena Divina. Il-Parroċċa tagħna ser tiċċelebra din il-Festa permezz ta’ siegħa Adorazzjoni li tibda fit-3.30p.m. u fil-Quddiesa tal-4.30p.m. b’Omelija tal-okkażjoni.

ĠBIR GĦAL – FUNDAZZJONI ARKA
Fil-Quddies kollu ta’ tmiem din il-ġimgħa, jiġifieri s-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta’ April, fil-Knejjes kollha ta’ Għawdex, il-ġbir/ferta ser ikun kollu b’risq il-Fundazzjoni Arka li taħdem għall-persuni b’diżabilita’ u l-familji tagħhom. Inħeġġukom tkunu ġenerużi.

TBERIK TAL-PETS U MIXJA B’RISQ PUTTINU
Il-Ħadd 23 ta’ April fid-9.00a.m. fil-Pjazza isir it-Tberik tal-pets bħala parti mill-attivitajiet marbuta ma’ Jum iż-Żebbuġ. Tingħata tifkira lill parteċipanti kollha mill-Kunsill Lokali. Wara (fl-9.45a.m. ser issir mixja b’risq Puttinu Cares)

APPELL GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM
Nhar il-Ħadd 23 t’April id-dipartiment tal-Out patients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser ikun miftuħ mit-8.00a.m. sas-1.00p.m. għal min jista jagħti d-demm Dawk li se jilqgħu dan l-appell huma mitluba jieħdu magħhom il-karta tal-identita’.

AVVIŻ IMPORTANTI GĦAT-TFAL TAD-DUTTRINA
(MINN Year 1 sa Form 1) Navżaw lill-Ġenituri tat-Tfal tad-Duttrina li it-Tnejn 24 u l-Ħamis 27, it-Tfal kollha se jiltaqgħu l-Knisja fis-6.00p.m. għall-provi tal-kant u l-mima li se jieħdu sehem bihom fil-Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla. Wara jinġabru bħas-soltu mill-Museum. Imoprtanti li jattendu t-tfal kollha u jġibu magħhom it-T.Shirts li se jitqassmulhom il-Ħamis 20 t’April.

IT-TBERIK TAL-GĦID FIL-FAMILJI TAGĦNA
It-Tnejn 24 t’April inkomplu bit-Tberik tal-Familji, mit-3.00p.m. ‘il-quddiem. Inħeġġu biex il-familja kollha tkun miġbura flimkien, ħalli nitolbu u nitkellmu ftit ma xulxin. Il-programm ta’ din il-ġimgħa se jkun hekk:
It-Tnejn : Toroq Ċnus u Sant Andrija
It-Tlieta : Sqaq Antonio Mallia u Triq il_Mad. Taċ-Ċiċri sa Katie Cefai
L-Erbgħa: Triq taċ-Ċaqra u l-kumplament ta’ Triq il-Madonna taċ-Ċiċri
Il-Ħamis : Triq Skapuċċina (minn naħħa ta’ fuq sa Ġiovann u Simone Cefai) u Toroq Żaki u Dun Franġisk Stivala u Trejqet l-Andar.
Il-Ġimgħa: ma jsirx Tberik

APPUNTAMENTI/LAQGĦAT IMPORTANTI MATUL DIN IL-ĠIMGĦA:
It-Tnejn 24 t’April, fis-6.00p.m: Azzjoni Kattolika. * It-Tlieta 25 fis-7.30p.m: Lectio Divina. * L-Erbgħa 26, fis-7.00p.m: Quddiesa tat-Tfal * Il-Ħamis 27 fis-7.25p.m. Adorazzjoni

QRAR U TQRBIN TAL-MORDA
Nhar it-Tlieta 25 u l-Erbgħa 26 t’April, ser isir it-Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani tas-soltu (ta’ nofs ix-xahar) mill-Arċipriet, minn Mons Rużar Borg, u minn xi membri tax-Xirka Djoċesana tal-Isem Imqaddes t’Alla. L-anzjani se jiġu infurmati dwar il-ġranet u l-ħinijiet taż-żjara.

LAQGĦA GĦAN-NISA KOLLHA
It-Tlieta 25 t’April fid-9.30a.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali, l-Leġjun ta’ Marija ser jorganizza Laqgħa oħra għan-Nisa kollha. Kelliema: Mons Rużar Borg u Anthony Attard bis-suġġett dwar l-Isem Imqaddes t’Alla. Inħeġġu lil dawk in-nisa kollha li jkunu jistgħu biex jattendu.

LAQGĦA DJOĊESANA GĦALL-GRESIMANDI KOLLHA F’SAN LAWRENZ
Il-Ġimgħa 28 t’April fil-5.30p.m. ser issir laqgħa djoċesana għall-Gresimandi kollha t’Għawdex fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz immexxija minn Mons Isqof Mario Grech. L-istudenti huma mitluba jġibu magħhom xi bottijiet tal-preserve biex jingħataw lill-Caritas t’Għawdex għall-familji fil-bżonn. Nitilqu bil-Minibus mill-Pjazza fil-5.10p.m. Ikunu akkumpanjati mill-Arċipriet u mill-Katekista.

ĊELEBRAZZJONI TAT-329 SENA MIT-TWAQQIF TAL-PARROĊĊA
Nhar il-Ġimgħa 28 t’April, fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żebbuġ ser issir Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr immexxija mill-Arċipriet flimkien mas-Saċerdoti tal-Parroċċa li ser tibda fis-7.00p.m. fil-Knisja Parrokkjali, fl-okkażjoni tal-329 Anniversarju minn meta l-Isqof ta’ Malta ta’ dak iż-żmien Fra Davide Cocco Palmieri fl-1688 waqqaf uffiċċjalment il-Parroċċa tagħna (flimkien mal-Parroċċi ta’ Sannat, ix-Xagħra u n-Nadur) u ħatar lil Dun Franġisk Vella bħala l-ewwel Kappillan tagħha. Janima l-kant il-Kor ‘S Marija’. Fil-Quddies kollu nroddu Ħajr lil Alla tal-barkiet kbar li xerred fuq missirijeitna u fuqna tul dawn it-329 sena. Inħeġġukom tieħdu sehem f’din il-Quddiesa.

IL-PARROĊĊA TAGĦNA TMEXXI L-QUDDIESA FUQ TVM 2
Is-Sibt 29 t’April fis-6.30p.m. il-Parroċċa tagħna ser tmexxi l-Quddiesa minn Ta’ Pinu li tkun imxandra diretta fuq TVM 2, fl-okkażjoni tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla. Janima l-kant il-Kor S. Marija.

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA`
* Nifirħu lil Luke u Christiana Farrugia fl-okkażjoni tal-Magħmudija ta’ binthom MARTINA, li saret nhar is-Ħadd 16 t’April (Jum l-Għid) fil-Knisja Parrokkjali tagħna.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa