ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
02 April 2017
  IRTIR GĦALL-ABBATINI L-KBAR
Nhar is-Sibt 1 t’April ser jiġi organizzat Irtir għall-Abbatini l-kbar (minn Year 6 sa Form 5). Ser isir f’Dar Manresa, Victoria u ser jitmexxa minn Bro Etienne Gilson OFM Conv. Ser nitilqu bil-Minibus mill-Pjazza fit-2.45p.m u niġu lura għas-6.30p.m Imbgħad wara l-Quddiesa tas-7.00p.m. jingħaqdu magħna l-Abbatini ż-żgħar biex immoru nieklu xi ħaġa flimkien.

L-AĦĦAR ADORAZZJONI FIS-SKIET FIR-RANDAN
Is-Sibt 1 t’April, il-5 Sibt tar-Randan, wara l-Quddiesa tas-7.00p.m., fil-Knisja tinżamm Adorazzjoni fis-skiet sat-8.30p.m. “Itoblu biex ma tidħlux fit-tiġrib”

APPELL GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM
Nhar il-Ħadd 2 t’April id-dipartiment tal-Out patients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser ikun miftuħ mit-8.00a.m. sas-1.00p.m. għal min jista jagħti d-demm Dawk li se jilqgħu dan l-appell huma mitluba jieħdu magħhom il-karta tal-identita’.

MONTI FIL-BERAĦ
Nhar il-Ħadd 2 t’April ħdejn il-Klabb tal-Football, matul in-nofs ta nhar ta’ filgħodu ser isir għal darb’oħra il-Monti fil-beraħ minn bejjiegħa Maltin, organizzat mill-Kumitat taż-Żebbuġ Rovers. Morru u ixtru bi prezzijiet speċjali.

VIA SAGRA DJOĊESANA FUQ T’GĦAMMAR
Il-Via Sagra Djoċesana mmexxija minn Mons Isqof ser issir nhar il-Ħadd 2 t’April fl-4.00p.m. Dawk interessati jieħdu sehem huma mitluba jikkuntattjaw lill-Arċipriet sas-Sibt.

LAQGĦAT/ATTIVITAJIET OĦRA MATUL DIN IL-ĠIMGĦA:
It-Tnejn 3 : Azzjoni Kattolika fil-6.00p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tlieta 4 : Lectio Divina fis-7.30p.m. fil-Knisja.
L-Erbgħa 5: Quddiesa tat-Tfal fis-7.00p.m. animata mill-Kor Regina Angelorum

PROVI TAL-KANT GĦALL-MEMBRI TAL-KORIJIET
It-Tnejn 3 t’April, fis-7.30p.m. ser issir prova għall-membri tal-Kor S. Marija, filwaqt li l-Erbgħa 5, fis-6.00p.m. ser ssir prova għall-membri tal-Kor Regina Angelorum.

LAQGĦA TAL-KUMITAT TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA
Nhar it-Tnejn 3 t’April fis-7.30p.m. fis-Saletta tas-Sagristija tal-Knisja ser issir laqgħa importanti għall-membri tal-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira flmkien mal-make-up artists li se jgħinuna fil-Purċissjoni. Il-laqgħa titmexxa mill-Arċipriet.

EŻERĊIZZI GĦALL-PERSUNI SEPARATI
Mit-Tnejn 3 sal-Ħamis 6 t’April fl-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II fit-8.00p.m

LAQGĦA GĦAL PARTEĊIPANTI KOLLHA TAL-PURĊISSJONI TAL-PASSJONI
L-Erbgħa 5 t’April, fis-7.30p.m. fis-Sala taċ-Ċentru ser issir laqgħa importanti ħafna għal dawk kollha li se jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira (personaġġi, inkluż it-tfal, ushers), flimkien mal-helpers u l-ushers kollha. F’din il-laqgħa sr jingħataw istruzzjonijiet importanti fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-Purċissjoni għal din is-sena. Nappellaw lil kulħadd biex jattendi.

FILM GĦALL-ADOLOXXENTI
Il-Ħamis 6’April (flok nhar l-Erbgħa) fis-7.30p.m. minflok il-laqgħa tas-soltu, ser niltaqgħu ċ-Ċentru biex naraw film flimkien. Inħeġġu l-membri kollha biex jattendu.

L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR
Nhar il-Ġimgħa 7 t’April, hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00a.m. issir Quddiesa u wara tinżamm l-Adorazzjoni sal-5.30p.m. Inħarsu dan il-jum b’Quddiesa u Tqarbina. It-Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani tas-soltu jsir filgħodu.

ĠABRA GĦALL-ISPEJJEŻ TAL-ĠIMGĦA MQADDSA
Nhar il-Ġimgħa 7, (mill-Knisja l’isfel) u s-Sibt 8 t’April (mill-Knisja l-fuq) ser issir il-Ġabra għall-ispejjeż tal-Ġimgħa Mqaddsa (li bihom inkopru ftit mill-ispejjeż s-servizzi tal-Banda fil-Korteo tad-Duluri u l-Purċissjoni tal-Passjoni, spejjeż tal-fjuri tal-istatwi u tal-Artal tar-Repożizzjoni u spejjeż ta’ servizzi liturġiċi, fost l-oħrajn). Barra min hekk din is-sena ser inkomplu nżidu diversi personaġġi ġodda b’kostumi ġodda fil-Purċissjoni. Inħeġġukom tkunu ġenerużi.

ĊELEBRAZZJONI TAD-DULURI TA’ MARIJA – KORTEO BL-ISTATWA
Il-Ġimgħa 7 t’April, niċċelebraw il-festa devozzjonali ta’ Marija Addolorata. L-istatwa devota tagħha tkun esposta fil-Knisja matul il-ġurnata kollha. Fil-5.30p.m. jitlaq il-Korteo bl-istatwa devota ta’ Marija Addolorata, akkumpanjat mill-Banda Santa Marija. Matul il-korteo jiġu reċitati is-7 Duluri ta’ Sidtna Marija. Il-Korteo jgħaddi minn dawn it-toroq: Għajn Mhelhel, San Mikiel, Skapuċċina, Għażżiela u Madonna taċ-Ċiċri . Meta naslu l-Knisja tingħad il-Via Sagra, Barka Sagramentali u madwar is-7.00p.m. tibda l-Konċelebrazzjoni.
N.B. Is-Soċ. Fil. S. Marija tħeġġeġ ħafna lill-Bandisti kollha tar-raħal biex jieħdu sehem.
N.B. Wara l-Gruppi taż-Żgħażagħ u l-Adoloxxenti se mmorru naraw il-Purċissjoni-Peagent tad-Duluri fix-Xewkija. Nitilqu għall-ħabta tat-8.00p.m.

IL-KARITA’ TAGĦNA FI ŻMIEN IR-RANDAN
Infakkrukom fil-kampanja ta’ ġenerożita’ b’risq is-Seminarju Maġġuri fl-okkażjoni tal-150 sena mit-twaqqif tiegħu. Għaldaqstant tistgħu tħallu oġġetti ta’ ikel/preserves f’kannestri li se jkun hemm apposta ħdejn l-artali ta’ San Mikiel u tas-Sagra Familja.

BAKE SALE B’RISQ IL-LIFTER IL-ĠDID GĦALL-ARMAR TAL-KNISJA
Infakkrukom fil-Bake Sale nhar Sibt u Ħadd il-Palm (8 u 9 t’April 2017) Għaldaqstant dawk li jistgħu joffrulna xi kejkijiet, figolli, pasti, qagħaq tal-għasel u oġġetti oħra ta’ ikel (kemm home made jew mixtrijin) li nistgħu inbiegħuhom għal dan l-għan dakinhar, huma ġentilment mitluba iġibuhomlna l-Knisja jew l-Uffiċċju Parrokkjali sas-7 t’April. Grazzi lil min diġa offra oġġetti jew flus għal dan il-għan.

ĠITA GĦAL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA TA’ ĦAL-GĦAXAQ
Il-Ħadd 9 t’April ser immorru Xarabank Malta biex naraw il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Ħal Għaxaq fejn se tiżżanżan statwa ġdida tal-Ort tal-Ġetsemani tal-injam. Se nitilqu mal-vapur tat-3.00p.m u niġu lura mal-vapur tad-9.00p.m. Numru limitat. Dawk interessati huma mitluba jinfurmaw lil Nicholas Cassar fuq il-mobile 79557769.

T-SHIRTS GĦAT-TFAL TAD-DUTTRINA GĦALL-KUNGRESS TAX-XIRKA
Nhar it-Tnejn 3 t’April, il-Katekisti se jieħdu s-sizes tat-Tfal tad-Duttrina (mill-Year 1 sal-Form 1) biex nagħtuhom T.Shirt tal-kulur b’xejn għall-attivita’ tal-Kungress tax-Xirka li ser issir nhar il-Ħadd 30 t’April. Dawk li mhux beħsiebhom jattendu dak inhar javżaw lil Katekisti biex ma nixtrux T.Shirts żejda.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa