ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
26 March 2017
  SOLENNITA TAT-TĦABBIRA TAL-MULEJ. PELLEGRINAĠĠ GĦALL-LUNZJATA
Nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu, il-Parroċċa ser torganizza Pellegrinaġġ għall-Lunzjata fl-okkażjoni tas-Solennita’ tat-Tħabbira tal-Mulej. It-Trasport jitlaq mill-Pjazza fl-10.00a.m. Ikollna Quddiesa fl-10.30a.m. fil-Kappella fil-Wied u niġu lura għall-ħabta tal-11.30a.m. Dawk interessati jiġu huma mitluba jinfurmaw lill-Arċipriet.

VIA SAGRA GĦALL-ABBATINI FUQ L-GĦOLJA T’GĦAMMAR
Is-Sibt 25 ta’ Marzu fl-3.45p.m., l-Abbatini huma mistiedna biex niltaqgħu l-Pjazza biex immorru nagħmlu flimkien il-Via Sagra fuq l-Għolja t’Għammar. Niġu lura għall-ħabta tal-5.15p.m. L-Abbatni jkunu akkumpanjati mis-Sem Gabriel Vella.

ADORAZZJONI FIS-SKIET FIR-RANDAN
Is-Sibt 25 ta’ Marzu, r-4 Sibt tar-Randan, wara l-Quddiesa tas-6.00p.m., fil-Knisja tinżamm Adorazzjoni fis-skiet sas-7.30p.m. “Itoblu biex ma tidħlux fit-tiġrib”

NAQILBU GĦALL-ĦIN TAS-SAJF
F’dan il-Ħadd 26 ta’ Marzu naqilbu għall-ħin tas-Sajf. Mexxu l-arloġġi tagħkom siegħa l’quddiem. Il-Quddies kollu tal-Ħadd jibqa l-istess. L-uniku ħin tal-Quddiesa li jinbidel hu ta’ fost il-ġimgħa filgħaxija. Għalhekk mit-Tnejn 27 ta’ Marzu l’quddiem r-Rużarju jibda jkun fis-6.30p.m. u l-Quddiesa fis-7.00p.m. Id- Duttrina fil-Museum tibda tkun fis-6.00p.m. Il-Quddiesa ta’ Dar Stella Maris tas-Soċ. Missjunarja ta’ S. Pawl tkun ukoll fis-6.00p.m.

AVVIŻ MILL-GĦAQDA TAN-NAR
Il-Ħadd 26 ta’ Marzu filgħodu, l-membri tal-Għaqda tan-Nar jagħmlu l-ġabra bieb bieb, tal-aħħar Ħadd tax-xahar għall-ispejjeż tal-logħob tan-nar għall-Festa 2017. Peress li ninsabu ftit lura mill-ġbir għal fejn is-soltu, jekk ma’ ngħinux ftit aktar ruħna kontra qalbna se nkunu kostretti ‘nnaqqsu mill-ordni tal-volum tan-nar.

L-ERBATAX -IL LAQGĦA TAL-KORS TA’ TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻWIEĠ
Il-Ħadd 26 ta’ Marzu fl-9.45a.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali ‘ssir l-14-il laqgħa tal-Kors ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ. Inħeġġu l’dawk l-għarajjes li qed jieħdu sehem biex jattendu.

LAQGĦAT/ATTIVITAJIET OĦRA MATUL DIN IL-ĠIMGĦA:
It-Tnejn 27 : Azzjoni Kattolika fil-6.00p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tlieta 28 : Lectio Divina fis-7.30p.m. fil-Knisja.

PROVI TAL-KANT GĦALL-MEMBRI TAL-KORIJIET
It-Tnejn 27, fis-7.30p.m. ser issir prova għall-membri tal-Kor S. Marija, filwaqt li l-Erbgħa 29 fis-6.00p.m. ser ssir prova għall-membri tal-Kor Regina Angelorum.

APPELL GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM
Nhar it-Tlieta 28 ta’ Marzu d-dipartiment tal-Out patients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser ikun miftuħ mis-1.00p.m. sal-5.00p.m. għal min jista jagħti d-demm

NHAR L-ERBGĦA – IL-QUDDIESA GĦAT-TFAL KOLLHA
Infakkru li nhar l-Erbgħa 29 ta’ Marzu, inkomplu bil-Quddiesa tat-Tfal fis-7.00p.m. Janima l-kant il-Kor Regina Angelorum u titqassam l-isticker tad-Duttrina.

EŻERĊIZZI TAR-RANDAN GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U ADOLOXXENTI
Mill-Erbgħa 29 sal-Ġimgħa 31 ta’ Marzu ser jinżammu l-Eżerċizzi għall-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-7.30p.m. Dawn l-Eżerċizzi ser isiru minn Fr Samuel Grech u jsiru bil-għajnuna ta’ power points. Għaldaqstant dawn l-Eżerċizzi jieħdu post is-soliti laqgħat tal-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ.

LOTTERIJA KBIRA TAL-GĦID B’RISQ IT-TAGĦLIM TAL-MUŻIKA
Nixtiequ navżaw li membri mis-Sezzjoni tan-Nisa u l-Kumitat ser jiġu jiġbru l-biljetti tal-Lotterija fl-istatwa tad-Duluri u f’Kurċifiss bejn l-1 u 2 t’April 2017 [Biljetti qed jitqassmu ma' dan il-bullettin]. Din il-lotterija qed issir b’risq it-tagħlim tal-mużika. Pakkett ta’ 10 biljetti jiswa €3.00. Inħeġġukom biex bħalma dejjem għamiltu, tkomplu tgħinuna billi tieħdu sehem f’din il-lotterija. Napprezzaw immens jekk tiktbu u tippreparaw il-biljetti bil-lest qabel jinġabru. Il-lotterija titla’ f’Ħadd il-Għid. Grazzi

IL-KARITA’ TAGĦNA FI ŻMIEN IR-RANDAN
Bħas-snin l-imgħoddija l-Parroċċa tagħna matul dan ir-Randan qed tniedi kampanja ta’ ġenerożita’ din is-sena b’risq is-Seminarju Maġġuri fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Għaldaqstant tistgħu tħallu oġġetti ta’ ikel/preserves f’kannestri li se jkun hemm apposta ħdejn l-artali ta’ San Mikiel u tas-Sagra Familja.

TĦEJJIJIET GĦALL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA
Infakkru lil dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u li għadhom ma nkitbux biex jagħmlu dan fis-Sagristija fil-jiem li ġejjin. Jekk jogħġobkom tħallux għall-aħħar. Ir-Reffiegħa li fadlilhom il-konfratiji l-qodma tal-Knisja id-dar huma mitluba jirritornawhom il-Knisja, apparti dawk li jerfgħu f’Santa Marija jew li huma tagħhom personali. Bdew jitqassmu wkoll il-kostumi tat-tfal.

BAKE SALE B’RISQ IL-LIFTER IL-ĠDID GĦALL-ARMAR TAL-KNISJA
Il-Grupp tal-Voluntiera tal-Knisja, li kien twaqqaf ftit tal-ġimgħat ilu, nhar Sibt u Ħadd il-Palm (8 u 9 t’April 2017) ser jorganizza Bake Sale fuq iz-Zuntier tal-Knisja b’risq il-lifter li se jinxtara għall-armar u ż-żarmar tad-damask u l-linef u biex jitnaqqas il-periklu għall-voluntiera. Għaldaqstant dawk li jistgħu joffrulna xi kejkijiet, figolli, pasti, qagħaq tal-għasel u oġġetti oħra ta’ ikel (kemm home made jew mixtrijin) li nistgħu inbiegħuhom għal dan l-għan dakinhar, huma ġentilment mitluba iġibuhomlna l-Knisja jew l-Uffiċċju Parrokkjali sas-7 t’April.

AVVIZ MIS-SEMINARJU MINURI U MILL-KONSERVATORJU TAL-ISQOF
Il-ġenituri/kustodji tal-Istudenti kollha, tal-Year 6 li jattendu fl-iskejjel Primarji kemm tal-Knisja kif ukoll tal-Istat, dejjem jekk iridu, huma ġentilment mitluba jirreġistraw lil uliedhom għad-Dħul fl-Ewwel Klassi tas-Seminarju Minuri u tal-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju, nhar l-Erbgħa 29 u l-Ħamis 30 ta’ Marzu mit-8:00a.m. sas-2.00p.m. Għal aktar dettalji araw il-Bulettin ta’ ġimgħatejn ilu.

GRAZZI TAL-ĠENEROŻITA TAGĦKOM...
* Lil dawk kollha li pparteċipaw fil-lotterija ta’ arloġġ tad-deheb b’risq il-proġett tar-Restawr tal-Knisja. Grazzi lil persuna li rregalatilna l-arloġġ u lil Rose Cini li ħadet ħsieb il-Lotterija. Kien baqa €160.
* Lil NN: €100, NN: €30 u NN: €10 għar-Restawr tal-Knisja
* Lil NN: €50 (fl-okkażjoni ta’ Magħmudija), Lions Club Malta: €50, għall-bżonnijiet tal-Knisja
* Lil NN: €10 u NN: € 5 għax-xemgħa.
* Grazzi wkoll lil dawk li qed ikomplu jagħtu għall-Linef kull xahar, kif ukoll lil dawk li qed iġibu xemgħa u ward għall-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa