ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
05 March 2017
  TALB TAT-TIFĦIR TA’ SBIEĦ IL-JUM F’DAR STELLA MARIS
Matul ir-Randan Imqaddes kull nhar ta’ Ġimgħa, fil-Kappella ta’ Dar Stella Maris fis-6.30a.m. isir it-talb tat-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum mal-komunita’. Kulħadd mistieden.

L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR
Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu, hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00a.m. issir Quddiesa u wara tinżamm l-Adorazzjoni sas-6.00p.m. Bejn is-2.00p.m. u t-3.00p.m. tinżamm is-Siegħa tal-Ħniena Divina. Inħarsu dan il-jum b’Quddiesa u Tqarbina. It-Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani tas-soltu jsir matul in-nofstanhar ta’ filgħodu. Inħeġġu lil kulħadd biex isib ftit ħin ħalli jgħaddih ma’ Ġesu Ewkaristija fl-Adorazzjoni.

IKOMPLU L-LAQGĦAT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu nkomplu bil-laqgħat tal-Adoloxxenti wara l-waqfa tal-eżamijiet. Niltaqgħu wara l-Quddiesa (fis-7.00p.m.) fiċ-Ċentru Parrokkjali.

ATTIVITA’ GĦALL-ABBATINI
Is-Sibt 4 ta’ Marzu, ser issir attivita’ speċjali għall-Abbatini tagħna. L-attivita’ ser tkun tikkonsisti f’Horse Riding fil-kampanja. Tluq bil-Minibus mill-Pjazza fit-3.30p.m. L-Abbatini se jkunu akkumpanjati mis-Sem Gabriel Vella u mill-Arċipriet flimkien mas-sidien taż-żwiemel imħarrġa apposta għal dan l-iskop.

PROVI TAL-KANT GĦALL-MEMBRI TAL-KOR ‘REGINA ANGELORUM’
 Is-Sibt 4 ta’ Marzu, fl-4.00p.m. fil-Knisja ser isrir prova tal-kant għall-membri tal-Kor ‘Regina Angelorum’. Il-membri huma mħeġġa jattendu.

ADORAZZJONI FIS-SKIET FIR-RANDAN
Is-Sibt 4 ta’ Marzu, l-1 Sibt tar-Randan, wara l-Quddiesa tas-6.00p.m., fil-Knisja tinżamm Adorazzjoni fis-skiet sas-7.30p.m. “Itoblu biex ma tidħlux fit-tiġrib”

AVVIŻ MILL-GĦAQDA TAN-NAR
Il-Ħadd 5 ta’ Marzu filgħodu, l-membri tal-Għaqda tan-Nar jagħmlu l-ġabra bieb bieb, (flok l-aħħar Ħadd tax-xahar ta’ Frar) għall-ispejjeż tal-logħob tan-nar għall-Festa 2017. Peress li ninsabu ftit lura mill-ġbir għal fejn is-soltu, jekk ma’ ngħinux ftit aktar ruħna kontra qalbna se nkunu kostretti ‘nnaqqsu mill-ordni tal-volum tan-nar.

APPELL GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM
Nhar il-Ħadd 5 ta’ Marzu id-dipartiment tal-Out patients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser ikun miftuħ mit-8.00a.m. sas-1.00p.m. għal min jista jagħti d-demm Dawk li se jilqgħu dan l-appell huma mitluba jieħdu magħhom il-karta tal-identita’.

AVVIŻ LIR-REFFIEGĦA TAL-ISTATWI TAL-VERONIKA U L-VARA L-KBIRA
Nhar il-Ħadd 5 ta’ Marzu, ir-Reffiegħa tal-Istatwi tal-Veronika u tal-Vara l-Kbira huma ġentilment mitluba jiġu fis-Sagristija bejn l-10.30a.m u l-11.00a.m biex jippruvaw il-konfratiji l-ġodda u titteħdilhom il-keffa skond it-tul tagħhom ħalli fil-ġimgħat li ġejjin tingħatalhom bil-lest għall-Purċissjoni.

PROVI TAL-KANT GĦALL-MEMBRI TAL-KOR ‘SANTA MARIJA’
Nhar it-Tnejn 6 ta’ Marzu, fis-6.30p.m. (wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija) fil-Knisja ser issir prova oħra tal-kant għall-membri tal-Kor Santa Marija. Peress li qed jiġi kunċertjat repertorju ġdid inħeġġu l-membri kollha biex jattendu.

ATTIVITA’ GĦALL-ADOLOXXENTI
Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Marzu, flok il-laqgħa tas-soltu ser immorru nieħdu Pizza flimkien Marsalforn. Niltaqgħu fis-6.45p.m. fejn iċ-Ċentru u niġu lura għall-ħabta tad-9.00p.m.

NOFSTANHAR TA’ SPIRITWALITA’ GĦAN-NISA
Il-Ħamis 9 ta’ Marzu ser jinżamm is-solitu Nofstanhar ta’ Spiritwalita’ għan-Nisa kollha, organizzat mill-Leġjun ta’ Marija. Din is-sena dan in-Nofstanhar ser jitmexxa minn Fr Alex Refalo, Direttur Spiritwali fis-Seminarju Maġġuri. Post: Dar Parrokkjali. Ħin: Mid-9.00a.m. sa Nofsinhar. Kulħadd huwa mistieden

‘VIA SAGRA’ ANIMATA BIL-KANT IMTELLGĦA MILL-KORIJIET
Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu fis-6.30p.m. fil-Knisja ser tiġi organizzata ‘Via Sagra’ b’Talb u Kant quddiem Ġesu Sagramentat animata mill-membri tal-Korijiet ‘Regina Angelorum’ u Santa Marija li tiġi fi tmiema bil-Barka Sagramentali u tkun immexxija mill-Arċipriet. Kulħadd mistieden.

LAQGĦAT/ATTIVITAJIET OĦRA MATUL DIN IL-ĠIMGĦA:
It-Tnejn 6 : Azzjoni Kattolika fil-5.00p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tlieta 7 : Lectio Divina fis-6.30p.m. fil-Knisja.
L-Erbgħa 8 : Quddiesa għat-Tfal kollha fis-6.00p.m.
Il-Ħamis 9 : Adorazzjoni (wara l-Quddiesa tas-6.00p.m.) fil-Knisja

EŻERĊIZZI SPIRITWALI TAR-RANDAN 2017
Inħeġġukom iżżommu dawn id-dati liberi
Mit-Tnejn 13 sal-Ġimgħa 17 ta’ Marzu: għall-Kulħadd Post: Knisja Parrokkjali. Ħin: 6.30p.m. Predikatur Fr Michael Borg
Mit-Tnejn 20 sal-Ġimgħa 24 ta’ Marzu: għall-Koppji Miżżewġin li għadhom irabbu Post: Sala taċ-Ċentru. Ħin: 7.00p.m. Predikatur: Kapp. Charles Sultana
Mill-Erbgħa 29 sal-Ġimgħa 31 ta’ Marzu: għall-Adoloxxenti u Żgħażagħ. Post: Sala taċ-Ċentru Parrokkjali. Ħin: 6.45p.m. Predikatur: Fr Samuel Grech

ROCK OPERA ‘KOLBE’ FL-ORATORJU DON BOSCO
L-Oratorju Don Bosco ser jipprerżenta r-rock opera KOLBE li tittratta l-ġrajja ta’ San Massimiljanu Kolbe li nqatel fil-Kamp ta’ Konċentrament ta’ Auschwitz 75 sena ilu. Il-produzzjonijiet se jsiru s-Sibt 11 ta’ Marzu fis-7.30p.m., il-Ħadd 12 ta’ Marzu fis-2.30p.m. u s-Sibt 18 ta’ Marzu fis-7.30p.m. Il-booking huwa miftuħ. Il-prezz tal-biljetti huwa ta’ €10. Il-booking ikun miftuħ kuljum wara l-5.00pm. Għall-booking tistgħu wkoll iċċemplu fuq 21556616 jew 99487751.

GRAZZI TAL-ĠENEROŻITA TAGĦKOM
Grazzi lil dawk kollha li taw sehemhom fil-Ġabra tar-Restawr tal-Knisja li saret nhar il-Ġimgħa u s-Sibt 17 u 18 ta’ Frar. Grazzi wkoll lil Louis Dimech u Frances Cefai li għenu fil-ġbir. Il-Ġabra telgħet għas-somma sabiħa ta’ € 3,683. Fost dawn kien hemm 2 għotjiet ta’ €500, 2 għotjiet ta’ €100 fost l-oħrajn. Prosit u grazzi kbira.

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA’
* Is-Sibt 25 ta’ Frar, l-Mulej għoġbu jsejjah lil Emidio Farruġia għall-ħajja ta’ dejjem. Filwaqt li nagħtu l-għomor lill-familjari tiegħu, nibqgħu niftakru fih fit-talb tagħna.
> Il-familjari jirringrazzjaw lil dawk kollha li wrew sogħba magħhom għat-telfa li ġarrbu.
Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa