ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
 
Weekly Bulletin
26 February 2017
  PROVI TAL-KANT GĦALL-MEMBRI TAL-KOR ‘SANTA MARIJA’
 Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar, fis-6.30p.m. (wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija) fil-Knisja ser issir prova oħra tal-kant għall-membri tal-Kor Santa Marija bi tħejjija għar-repertorju tar-Randan. Inħeġġu l-membri kollha biex jattendu.

KIF INDAWLU LIL ULIEDNA DWAR IL-ĦBIEB
Il-Kummissjoni Djoċesana Familja qed torganizza laqgħa ta’ formazzjoni bis-suġġett: Kif indawlu lil uliedna dwar il-ħbieb. Il-laqgħa ser tinżamm fl-Istitut tal-Familja, nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar bejn is-6.00pm u s-7.30pm u ser titmexxa minn Dr. Michael Galea (psikologu, family therapist u lecturer fl-Universita’). Mistednin il-ġenituri u carers tat-tfal kollha b’mod partikolari dawk li għandhom tfal adolexxenti.

TIFKIRA TAL-BEATA MARIJA ADEODATA PISANI
Nhar is-Sibt 25 ta’ Frar issir it-Tifkira tal-Beata Marija Adeodata Pisani, Reliġjuża klawstrali u kompajżana tagħna. Infittxu li nsiru nafu aktar dwar il-ħajja qaddisa tagħha u nitolbu bl-interċessjoni tagħha għal aktar vokazzjonijiet reliġjużi speċjalment femminili.

LAQGĦA GĦALL-ABBATINI KOLLHA
Is-Sibt 25 ta’ Frar, ser issir laqgħa oħra għall-Abbatini tagħna. Il-laqgħa tibda fil-5.00p.m. u tkun fiċ-Ċentru Parrokkjali. Imexxi l-laqgħa s-Sem Gabriel Vella.

IT-TNAX LAQGĦA TAL-KORS TA’ TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻWIEĠ
Il-Ħadd 26 ta’ Frar fl-9.45a.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali ‘ssir it-12-il laqgħa tal-Kors ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ. Inħeġġu l’dawk l-għarajjes li qed jieħdu sehem biex jattendu u jkunu fil-ħin.

AVVIŻ LIR-REFFIEGĦA TAL-ISTATWI TAL-ECCE HOMO U R-REDENTUR
Nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar, ir-Reffiegħa tal-Istatwi tal-Ecce Homo u tar-Redentur huma ġentilment mitluba jiġu fis-Sagristija bejn l-10.30a.m u l-11.00a.m biex jippruvaw il-konfratiji l-ġodda u titteħdilhom il-keffa skond it-tul tagħhom ħalli fil-ġimgħat li ġejjin tingħatalhom bil-lest għall-Purċissjoni. Nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lil Cetta Saliba, Carmen Mifsud, Kunsilja Cini, Vicky Saliba, Sika Agius, Natalie Cini, Guża Cassar u Gerita Cini li ħietu dawn il-konfratiji u lil Rita Dimech li fasslithom u ikkordinat ix-xogħol kollu.

COFFEE MORNING KBIR TAL-KARNIVAL FIL-KAŻIN TAL-BANDA
Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tixtieq tavża li l-Coffee Morning tal-Karnival ser isir nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar fid-9.00a.m. ġewwa is-Sala Prinċipali tal-Każin. Inħeġġukom tattendu bi ħġarkom fejn minbarra l-logħob tat-tombla, bћal kull sena ser ikollna wkoll il-kompetizzjoni tal-isbaћ kostum, b’ġurija minn persuni min barra r-raћal tagћna. Nagħmlu stedina speċjali lit-tfal u lil-ġenituri biex jipparteċipaw. Din is-sena ħsibna biex waqt il-logħob tat-tombla jiġi organizzat wkoll logħob u divertiment għat-tfal. Ser tingħata tifkira lit-tfal kollha li jattendu. Mela narawkom ilkoll...

APPELL GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM
Nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar id-dipartiment tal-Out patients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser ikun miftuħ mis-1.00p.m. sal-5.00p.m. għal min jista jagħti d-demm Dawk li se jilqgħu dan l-appell huma mitluba jieħdu magħhom il-karta tal-identita’.

L-ERBGĦA TAR-RMIED – BIDU TAR-RANDAN IMQADDES
Nhar il-Erbgħa 1 ta’ Marzu, nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Il-Quddiesa tas-6.00p.m. titmexxa mill-Arċipriet D. Reuben Micallef flimkien mas-Saċerdoti tal-Parroċċa. Il-Kant ikun animat mill-Kor ‘Santa Marija’. Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem ilkoll għal din il-Quddiesa komunitarja ta’ filgħaxija bħala familja parrokkjali waħda biex flimkien nagħtu bidu għal dan iż-żmien tar-Randan. Inħeġġu b’mod speċjali lil familji li għandhom it-tfal imorru d-Duttrina, l-aktar dawk tal-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma, biex jieħdu sehem flimkien ma’ wliedhom. Infakkru li f’dan il-jum hemm l-obbligu tas-sawm u l-astinenza. Obbligati għas-sawm (dawk bejn it-18 u 59 sena) u l-astinenza (dawk kollha li għandhom minn 14-il sena l’fuq). Fil-quddies kollu isir it-tiswib ta’ l-irmied fuq rasna b’sinjal ta’ ndiema u penitenza. Inħeġġu lil kulħadd biex iħares dan il-jum speċjali b’Quddiesa u Tqarbina. Navżaw li tul ir-Randan kollu, qabel il-Quddies tas-7.00a.m u tas-6.00p.m. issir il-Via Sagra.

IKOMPLU L-LAQGĦAT TAL-ADOLOXXENTI
Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Marzu nkomplu bil-laqgħat tal-Adoloxxenti wara l-waqfa tal-eżamijiet. Niltaqgħu wara l_Quddiesa (fis-7.00p.m.) fiċ-Ċentru Parrokkjali.

L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR
Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu, hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fil-11.00a.m. issir Quddiesa u wara tinżamm l-Adorazzjoni sas-6.00p.m. Bejn is-2.00p.m. u t-3.00p.m. tinżamm is-Siegħa tal-Ħniena Divina. Inħarsu dan il-jum b’Quddiesa u Tqarbina. It-Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani tas-soltu jsir matul in-nofstanhar ta’ filgħodu. Inħeġġu lil kulħadd biex isib ftit ħin ħalli jgħaddih ma’ Ġesu Ewkaristija fl-Adorazzjoni.

IKOMPLU L-LAQGĦAT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu nkomplu bil-laqgħat tal-Adoloxxenti wara l-waqfa tal-eżamijiet. Niltaqgħu wara l_Quddiesa (fis-7.00p.m.) fiċ-Ċentru Parrokkjali.

LAQGĦAT/ATTIVITAJIET OĦRA MATUL DIN IL-ĠIMGĦA:
It-Tnejn 27 : Azzjoni Kattolika fil-5.00p.m. fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tlieta 28 : Lectio Divina fis-6.30p.m. fil-Knisja.
L-Erbgħa 1 : Quddiesa għat-Tfal kollha fis-6.00p.m.
Il-Ħamis 2 : Adorazzjoni (wara l-Quddiesa tas-6.00p.m.) fil-Knisja

ABBONAMENTI TAL-ĦAJJA F’GĦAWDEX
Bħalissa qed isir it-tiġdid u l-ġbir tal-abbonamenti ġodda tar-rivista djoċesana “Il-Ħajja f’Għawdex”. Hija rivista informattiva b’artikli ta’ natura attwali, reliġjuża, soċjali, akkademika, storika... eċċ. Toħroġ 10 ħarġiet fis-sena u tasallek id-dar stess bil-posta. Tiswa biss €15 fis-sena. Inħeġġukom tabbonaw fiha.

IMWEJJED GĦAL-BIEGĦ MINN DAR STELLA MARIS
Min hu nteressat jixtri xi imwejjed tal-ħadid bil-wiċċ tal-formika b’tul ta’ 120 cm b’90cm u għoljin 80cm jista jmur jarahom f’Dar Stella Maris. Jiswew €25 il-waħda. Fadal biss l-aħħar 2 imwejjed.

 

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Formosa