ZEBBUG PARISH
HOME BULLETIN EVENTS HISTORY MEDIA CONTACT ENTITIES
"Love our Lady. And she will
obtain abundant
 grace to help
you conquer
in your daily
 struggle."

~ St. Josemaria Escriva ~
 

Latest Updates
Bulletin Weekly Bulletin
27/08/2015
Bulletin Weekly Bulletin 22/08/2015
Bulletin 13/08/2015
Events 13/08/2015
Bulletin Programm Tal-Festi Solenni 07/08/2015
Events 07/08/2015
Bulletin Weekly Bulletin 07/08/2015
 
MATER MISERICORDIAE
Lejn il-Ġublew straordinarju tal-Ħniena
Matul din is-sena, fuq stedina tal-missier tagħna l-Papa Franġisku, permezz tal-Ġublew straordinarju tal-Ħniena, (li ser jibda fit-8 ta’ Diċembru li ġej - Solennità tal-Immakulata u jagħlaq fl-20 ta’ Novembru 2016 – Solennita` ta’ Sidna Ġesù Kristu Sultan), ser ikollna l-grazzja nirriflettu u anke nagħmlu esperjenza tal-Ħniena t’Alla.

F’dan il-messaġġ tiegħi għall-festa ta’ Santa Marija ta’ din is-sena ħsibt li naqsam magħkom xi riflessjonijiet imnebbħa minn dan l-istess suġġett u ispirati mill-figura ta’ Marija ‘Omm il-Ħniena’ (Mater Misericordiae).

F’dan id-dokument uffiċċjali msejjaħ ‘Misericordiae Vultus’ li jfisser ‘Wiċċ il-Ħniena (tal-Missier)’, il-Papa Franġisku jagħmel referenza għal Marija bit-titlu ta’ ‘Omm il-Ħniena’. Huwa jafda dan il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena f’idejn Marija Santissima. Il-Papa fost ħwejjeġ oħra jikteb: Ħadd daqs Marija ma għaraf il-qawwa tal-misteru ta’ Alla magħmul bniedem. . Magħżula biex tkun Omm l-Iben ta’ Alla, Marija kienet sa minn dejjem imħejjija mill-imħabba tal-Missier biex tkun Arka tal-Patt bejn Alla u l-bnedmin’. Il-Papa jistedinna għalhekk induru lejha.... għax Marija ma tehda qatt iddawwar lejna dawk l-għajnejn tagħha tal-ħniena u tagħmilna denji li nikkontemplaw il-wiċċ tal-ħniena, Binha Ġesù. (‘Misericordiae Vultus’ no.24)

Fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna jiġu mumenti fejn inħossuna weħidna, mhux mifhuma, imweġġgħa... jiġu mumenti fejn inħossuna midinbin li nqasna lil Alla u lil xulxin... jiġu mumenti fejn ma nkunux nafu lejn min se nduru. U fid-dlam ta’ madwarna, tiddi kewkba li bla ma ‘rridu nitfgħu l-ħarsa tagħna fuqha – Marija l-Omm tagħna kollha ħniena li bil-ħlewwa kollha tagħha takkumpanjana fil-mixja tagħna u twassalna għand Binha Ġesu.

Ejjew induru lejn Marija u bil-kliem tagħha u flimkien magħha fil-Magnificat nfaħħru lil Alla għall-Ħniena kbira tiegħU magħna. Marija tagħmel dan darbtejn fil-Magnificat: 1.‘Il-Ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu’ ( Lk. 1: 50); 2. ‘Ħa ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu, għax ftakar fil-Ħniena Tiegħu’ ( Lk. 1: 54).

Nikkonkludi b’silta oħra tal-Papa Franġisku mill-Bulla tal-Indizzjoni tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena ‘Misericordiae Vultus’: Il-ħsieb tagħna jdur issa fuq Omm il-Ħniena. Il-ħlewwa ta’ ħarsitha sseħibna tul din is-Sena Mqaddsa, biex ilkoll kemm aħna nistgħu niskopru mill-ġdid il-ferħ tal-ħlewwa ta’ Alla. Marija tixhed li l-ħniena tal-Iben ta’ Alla ma tafx b’limiti u tilħaq lil kulħadd bla ma tħalli lil ħadd barra. Induru lejha bit-talba antika u dejjem ġdida tas-Salve Regina, biex ma tehda qatt iddawwar lejna dawk l-għajnejn tagħha tal-ħniena u tagħmilna denji li nikkontemplaw il-wiċċ tal-ħniena, Binha Ġesù. (p.24)

Ejjew inħallu lil Marija, omm u padruna tagħna tkun hi li takkumpanjana biex induqu l-ħlewwa tal-ħniena tal-Missier li twassalna biex nikbru fl-imħabba tagħna lejH u lejn xulxin.

Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lil ħuti s-Saċerdoti, lil dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festa u fil-ħidma fil-Parroċċa tul is-sena kollha u lilkom ilkoll u nawgura lil kulħadd il-Festa t-tajba!

Copyright © 2011. All Rights Reserved.
Website Administrator: Ms R. Cini